Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tielet staġun tagħha bid-disgħa u għoxrin programm.
PARTI 1: Diski godda li ħarġu fl-aħħar jiem…
Shirley – Electricity
Denise – Boy
Relikc x Pamela – Chemicals
Banjo Lucia – Lion Boy
Angie Vella Zarb – I’ll Take Romance
Nick Morales – Never Found a Reason
Clifford Borg – Sunday
Gianni Trovalusci – Initiation (Ruben Żahra – Underground Valletta in Concert)
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: O – produzzjoni ta’ TeatruMalta mill-kitbiet ta’ Oliver Friggieri. Din ittellgħet fit-Teatru Manoel f’aħħar t’Ottubru 2021 u fl-1 t’April 2022 ħareġ l-album bis-soundtrack ta’ din il-produzzjoni, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Sean Buhagiar. Mużika ta’ Chris Vella bil-vucijiet ta’ Claire Tonna u Jamie Cardona. Għalkemm hemm verżjoni strumentali ta’ kull waħda mis-siltiet li nstemgħu waqt il-produzzjoni teatrali, għal dan il-programm għażilt li ndoqq 3 siltiet bil-vuċi biex napprezzaw aħjar il-ktibiet ta’ Oliver Friggieri.
- Dun Karm
- Poeżija
- Politika
Tista’ tisma’ l-album O ta’ Chris Vella fuq Spotify.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa t-tieni wieħed ta’ Andre Camilleri għall-2022. Dan jismu You Can’t Take Nothing To The Other Side u ħareġ fit-22 ta’ Frar tal-2022. Diġà smajna silta minnu dan l-album f’edizzjoni riċenti ta’ Mużika 21 — Stand Like a Rock — propju meta ħareġ, iżda llum qed niffukaw naqra aktar dirett fuqu u għażilt li nisimgħu żewġ siltiet oħra minnu:
- Memories Blowing in the Wind
- Streets of Your Hometown
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.