Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bit-tmientax-il programm.
PARTI 1: Aktar diski ġodda li ħarġu minn Malta f’Jannar tal-2022:
PARTI 2: L-aħħar ħarsa lejn in-nominazzjonijiet tal-MMI 2021 Listeners’ Picks Poll billi nisimgħu xi siltiet minn uħud mill-aħjar videos minn dawk maħruġa s-sena l-oħra:
Rem – M’Aħna Xejn
Nick Morales – Hawn Għalik
Danny Magro – Sasquatch
Paris to Istanbul – Happy on Time
Ara ukoll: Il-playlist ta’ YouTube bil-video tan-nominazzjonijiet kważi kollha.
PARTI 3: L-album ta’ llum huwa wieħed mill-2010, li kien rebaħ il-kategorija tiegħu fuq il-MMI Listeners’ Picks Poll fl-2010: Vine Lady ta’ Red Electrick. Dan kien l-ewwel album projpja ta’ din il-band li kisbet popolarità f’Malta fid-deċenju ta’ wara.
Minnu nisimgħu dawn 3 siltiet, li huma:
Who the Heck is Rek!?
Make Up Your Mind
u Jail Bail.
Tista’ tisma’ l-album Vine Lady tar-Red Electrick kollu fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…