Skip to content

Mużika 21 – numru 017

IVVOTA: MMI 2021 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2022.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli fit-tieni staġun bis-sbatax-il programm.

PARTI 1: Aktar diski ġodda li ħarġu minn Malta fl-ewwel xahar tal-2022:

Bitterside – The Past
Checkmate – Move On
Lord Adder – No Mercy
Mykill – Sunset Over Petra
Noog – The Vat of Acid

 

PARTI 2: Inkomplu niffokaw fuq il-MMI 2021 Listeners’ Picks Poll billi nisimgħu xi siltiet minn uħud mill-aħjar minn dawk maħruġa online s-sena l-oħra:

Daryl EbejerHawn Għalik

DjunKometi

Anthony Saliba + Ferit OdmanTieni

Fadal ġimgħa oħra…u int għadek biċ-ċans li tivvota għall-għażliet tiegħek sal-aħħar ta’ Jannar?

 

Orami - Noises cover art
PARTI 3: L-album ta’ llum huwa l-ewwel wieħed li ħareġ fl-2022: Noises ta’ Orami. Dan huwa proġett ta’ xi ħadd li jaħdem waħdu iżda li s’issa jidher li qisu ħadd ma’ jaf min hu. Fis-sensiela ta’ Mużika 21 is-sena li għaddiet, kont daqqejt żewġ siltiet tiegħu, propju minn dan l-album li għadu kemm ħareġ fis-16 ta’ Jannar.

Minnu nisimgħu dawn 4 siltiet, kollha strumentali, li jisimhom: Too Old To Care, Noises, Coming or Going, u Green Shoes.

Tista’ tisma’ u tixtri l-album Noises ta’ Orami kollu fuq Bandcamp.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...