Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 706

    Mużika Mod Ieħor – 706

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-706 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Mariele Zammit Kwartet Iżżomm ‘il bogħod
    • Claire Marante Gravity
    • David Sammut il-Buggly  Il-Protesta
    • ONE11Qum Minn Hemm
    • Shaun Farrugia & KlingandeFeelings for You
    • The BrideOpium

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

     

    PARTI 2:  MMI 2024 Listeners’ Picks Poll. F’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor illum għandna kurżità speċjali: liema kienu dawk is-siliet li intom is-semmiegħa tagħna għażiltu bħala l-favoriti tagħkom tal-2024. Il-votazzjoni kienet miftuħa matul ix-xahar kollu ta’ Jannar, kif tkun kull sena, u vvotaw 316-il persuna. Dawn huma l-għażliet tagħkom f’kull kategorija:

    Maltin ibbażati barra minn Malta:

    • Emma Muscat

    Albums:

    • Chellcy ReitsmaMomento Mori

    Videos bil-Malti:

    • Daryl JamesHallini

    Videos mhux bil-Malti:

    • Lyndsay One and Only

    Lyric videos:

    • MikaylaBlue Eyed Angel

    Singles:

    • Airport ImpressionsBobcat

    Ara d-diski u recordings oħra kollha innominati mill-2024 u aktar dettalji dwar l-aktar 5 li rċievew voti f’kull kategorija

    Andre Camilleri - Evil Gnome of Doom vol 2 album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Evil Gnome of Doom ta’ Andre Camilleri. Propjament huma żewġ albums bl-istess isem li ħarġu ftit ġimgħat biss wara xulxin. Effettivament huma album doppju. L-ewwel wieħed ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2024 u l-ieħor uffiċjalment maħruġ fil-15 ta’ Frar 2025. Fihom Camilleri joffrilna verżjonijiet xi ftit aktar f’xejra punk ta’ kanzunetti tiegħu, kif ukoll xi standards tal-mużika popolari magħrufa sew. Minn dawn iż-żewġ albums  għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Guitar Man
    • Taxi Driver
    • House of the Rising Sun
    • Dangerous

    > Isma’ jew niżżel l-albums ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 705

    Mużika Mod Ieħor – 705

    IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-705 edizzjoni li huwa l-ħames programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Nick Morales State of Mind
    • Megan May Love Me
    • Luana Schembri  Burn
    • Philip VellaTaħfirli?

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  Xi siltiet laqtu lil Toni Sant fl-2024? Mhux soltu nagħti wisq attenzjoni lid-diski Maltin li l-aktar jolqtu lili. Dan anke għax aktarx nispiċċa nħalli aktar minn waħda barra, meta ma jkunx jixraq jiġri hekk. Irrid ngħid, regolarment ninkludi s-siltiet li jolqtuni waqt Mużika Mod Ieħor. Jew aħjar, rari ninkludi materjal li ma jolqotnix b’xi mod jew ieħor. Li qed nagħmel illum huwa li nagħżel żewġ siltiet li naħseb jixirqilhom aktar attenzjoni milli qed jirċievu permezz tal-voti tagħkom fuq id-diski u r-recording oħra li ħarġu fl-2024, li għadna qed nirċievu l-voti tagħkom fuqhom sal-aħħar ta’ Jannar. Dawn huma l-għażliet li qed nislet f’kull kategorija:

    Maltin ibbażati barra minn Malta:

    • TroffaĦamraQatt ma Ninsa
    • Chess GaleaPrescription

    Albums:

    • Sean BorgTerapija u Mħabba
    • Simon SammutVisions of Transcendence

    Videos bil-Malti:

    • SterjoTipiDestinazzjoni
    • KanteraVjaġġ Sabiħ

    Videos mhux bil-Malti:

    • Gaia CauchiCupid
    • The RifffsModern Society

    Lyric videos:

    • MisturaGrazzi bil-Quddiem
    • Avenue SkyEternità

    Singles:

    • Dean MuscatHeart of the Med
    • Kurt KindSo Bored

    Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

    Robert Farrugia - Natura Maltija soundtrack album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Natura Maltija [official soundtrack] ta’ Robert Farrugia. Ilna nistennewh ġej diversi xhur, u uffiċjalment ħareġ fil-17 ta’ Jannar 2025, li effettivament jagħmlu t-tielet album Malti maħruġ din is-sena. L-istil tal-mużika huwa dak li drajna sew mingħand Robert Farrugia, anke jekk hawn għandu dimensjoni ġdid, jew miżjuda, għax din il-mużika hija miktuba għas-sensiela ta’ dokumentarji dwar in-natura Maltija maħduma minn Saviour Bonnici. Minn dan l-album  għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Tema
    • Qabru
    • Qarnita

    > Isma’ jew niżżel l-album Natura Maltija [official sountrack] ta’ Robert Farrugia fuq Bandcamp

    > Ara l-episodji kollha ta’ Natura Maltija minn Saviour Bonnici fuq YouTube

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 704

    Mużika Mod Ieħor – 704

    IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-704 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Vinyl Paradise Can’t Go Another Day
    • Gaia Gambuzza Dancing With a Danger
    • Bard  Hold You Close
    • Claire TonnaHeld

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  Liema kienu l-aktar artisti Maltin ibbażati barra minn Malta li spikkaw fl-2024? Wasalna għall-aħħar kategorija fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Allura illum imiss dwar l-artisti Maltin ibbażati barra minn Malta.  Din il-kategorija hija sinonima mas-sejħa għall-għażliet tagħkom sa mill-ewwel edizzjoni fl-2006. Dan ifisser ukoll li dik ta’ din is-sena hija d-19-il edizzjoni ta’ din l-iskema ta’ vvotar biex naraw liema kienu l-aktar esponenti li spikkaw għalkom matul l-aħħar sena. Dawn uħud mill-artisti Maltin ibbażati barra minn Malta nnominati mill-2024:

    • TroffaĦamraQatt ma Ninsa
    • Chess GaleaPrescription
    • Antares FlareWe Used to Sing
    • Alien GraceCaveman
    • Carlo MuscatHoller
    • Peach TalkPretend
    • BerneYou Never Get Enough
    • Das Birthday GirlImage
    • Fake OpheliaSpanish Drifter
    • Shaun Farrugia Happier
    • Andre CamilleriStormy Weather
    • Emma MuscatLacrime Moët
    • StoraceRock This City

    Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

    Nick Morales - Imħabbatħabbat album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Imħabbatħabbat ta’ Nick Morales. Qalulna li dan l-album ilu ġej 30 sena. Ċert li ilu ġej diversi snin, anke għax uħud mis-siltiet li hemm fih inħarġu minn dan il-kantawtur Malti f’dawn l-aħħar 3 snin jew ftit aktar. L-aktar ħaġa li laqtini fih personaliment hija t-taħlita ta’ silitiet bl-Ingliż ma’ dawk bil-Malti, u nħoss li Morales għandu ferm aktar x’joffri bil-Malti milli smajna mingħandu s’issa. Minn dan l-album li ħareġ fit-18 ta’ Jannar 2025 għażilt li ndoqq dawn illum:

    • State of Mind
    • You Don’t Call
    • Stennieni
    • People of the Sea

    > Isma’ jew niżżel l-album Imħabbatħabbat ta’ Nick Morales fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 703

    Mużika Mod Ieħor – 703

    IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-703 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Davinia Pace Pearl Street
    • Daryl Ebejer Għalaq Għajnek
    • Myles  Din l-Art Ħelwa
    • Kapitlu TlettaxPierre is-Cigar

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  Liema kienu l-aktar singles li spikkaw fl-2024? Inkomplu nduru l-kategoriji fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Illum imiss is-singles.  Din il-kategorija konna waqqafniha fl-2015 għax ħassejt li ma kienx għadu jagħmel sens nitkellmu dwar singles. Issa, 10 snin wara, il-kategorija tirritorna, b’definizzjoni ġdid ta’ x’inhi single: kanzunetta li tagħha m’hemmx video u anqas lyric video iżda li tfaċċat fuq Spotify jew xi pjattaforma oħra waħedha l-ewwel (anke jekk il-video kultant jidher xi ġimgħat jew xhur wara), u anke jekk eventwalment kienet inkluża f’album. B’din id-definizzjoni ta’ single inkomplu nilqgħu l-votazzjoni tagħkom sal-aħħar ta’ Jannar. Dawn uħud mis-singles innominati mill-2024:

    • 1905Fil-Ħolm
    • Ema VellaEmmint Fik
    • CodaQalu li Raw
    • Bennie BlueCold November
    • Dean MuscatHeart of the Med
    • Airport ImpressionsBobcat
    • DJ Ġorġ BorgRegional Road
    • Manwel TPeace & Love
    • nosnow/noalpsEasy Love
    • KlinsmannPaper Boat
    • Megan MayI Confess
    • Kurt KindSo Bored

    Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

    matthew james - ashes to ashes album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ashes to Ashes ta’ Matthew James. Xi ħadd qalli li b’dan l-album tifhem għalfejn dan il-kantant u l-grupp Red Electric għażlu li ma jaħdmux aktar flimkien. L-album ħareġ fit-8 ta’ Jannar 2025, u allura effetivament huwa l-ewwel album ta’ din is-sena. Ħadt gost nisma’ l-biċċa l-kbira tas-siltiet li fih, anke jekk ma tantx impressjonajt ruħi bl-użu ta’ żewġ ismjiet minn diski ta’ David Bowie, li mhux covers. Laqatni l-aktar li hemm siltiet li gawdew ċertu popolarità matul is-sena l-oħra, u t-tiżwieqa ta’ kanzunetti bl-Ingliż u oħrajn bil-Malti. Minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Ashes to Ashes
    • Mhux Xorta
    • Taħt Tapit
    • Too Much

    > Isma’ l-album Ashes to Ashes ta’ Matthew James fuq Spotify

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.