Mużika Mod Ieħor – 704

IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-704 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Vinyl Paradise Can’t Go Another Day
  • Gaia Gambuzza Dancing With a Danger
  • Bard  Hold You Close
  • Claire TonnaHeld

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  Liema kienu l-aktar artisti Maltin ibbażati barra minn Malta li spikkaw fl-2024? Wasalna għall-aħħar kategorija fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Allura illum imiss dwar l-artisti Maltin ibbażati barra minn Malta.  Din il-kategorija hija sinonima mas-sejħa għall-għażliet tagħkom sa mill-ewwel edizzjoni fl-2006. Dan ifisser ukoll li dik ta’ din is-sena hija d-19-il edizzjoni ta’ din l-iskema ta’ vvotar biex naraw liema kienu l-aktar esponenti li spikkaw għalkom matul l-aħħar sena. Dawn uħud mill-artisti Maltin ibbażati barra minn Malta nnominati mill-2024:

  • TroffaĦamraQatt ma Ninsa
  • Chess GaleaPrescription
  • Antares FlareWe Used to Sing
  • Alien GraceCaveman
  • Carlo MuscatHoller
  • Peach TalkPretend
  • BerneYou Never Get Enough
  • Das Birthday GirlImage
  • Fake OpheliaSpanish Drifter
  • Shaun Farrugia Happier
  • Andre CamilleriStormy Weather
  • Emma MuscatLacrime Moët
  • StoraceRock This City

Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

Nick Morales - Imħabbatħabbat album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Imħabbatħabbat ta’ Nick Morales. Qalulna li dan l-album ilu ġej 30 sena. Ċert li ilu ġej diversi snin, anke għax uħud mis-siltiet li hemm fih inħarġu minn dan il-kantawtur Malti f’dawn l-aħħar 3 snin jew ftit aktar. L-aktar ħaġa li laqtini fih personaliment hija t-taħlita ta’ silitiet bl-Ingliż ma’ dawk bil-Malti, u nħoss li Morales għandu ferm aktar x’joffri bil-Malti milli smajna mingħandu s’issa. Minn dan l-album li ħareġ fit-18 ta’ Jannar 2025 għażilt li ndoqq dawn illum:

  • State of Mind
  • You Don’t Call
  • Stennieni
  • People of the Sea

> Isma’ jew niżżel l-album Imħabbatħabbat ta’ Nick Morales fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…