Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-706 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tielet staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Mariele Zammit Kwartet – Iżżomm ‘il bogħod
- Claire Marante – Gravity
- David Sammut il-Buggly – Il-Protesta
- ONE11 – Qum Minn Hemm
- Shaun Farrugia & Klingande – Feelings for You
- The Bride – Opium
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll. F’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor illum għandna kurżità speċjali: liema kienu dawk is-siliet li intom is-semmiegħa tagħna għażiltu bħala l-favoriti tagħkom tal-2024. Il-votazzjoni kienet miftuħa matul ix-xahar kollu ta’ Jannar, kif tkun kull sena, u vvotaw 316-il persuna. Dawn huma l-għażliet tagħkom f’kull kategorija:
Maltin ibbażati barra minn Malta:
- Emma Muscat
Albums:
- Chellcy Reitsma – Momento Mori
Videos bil-Malti:
- Daryl James – Hallini
Videos mhux bil-Malti:
- Lyndsay – One and Only
Lyric videos:
- Mikayla – Blue Eyed Angel
Singles:
- Airport Impressions – Bobcat
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Evil Gnome of Doom ta’ Andre Camilleri. Propjament huma żewġ albums bl-istess isem li ħarġu ftit ġimgħat biss wara xulxin. Effettivament huma album doppju. L-ewwel wieħed ħareġ fl-20 ta’ Novembru 2024 u l-ieħor uffiċjalment maħruġ fil-15 ta’ Frar 2025. Fihom Camilleri joffrilna verżjonijiet xi ftit aktar f’xejra punk ta’ kanzunetti tiegħu, kif ukoll xi standards tal-mużika popolari magħrufa sew. Minn dawn iż-żewġ albums għażilt li ndoqq dawn illum:
- Guitar Man
- Taxi Driver
- House of the Rising Sun
- Dangerous
> Isma’ jew niżżel l-albums ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…