Blog

  • Mużika Mod Ieħor – 702

    Mużika Mod Ieħor – 702

    IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-702 edizzjoni li huwa t-tieni programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Red Electric Emotional Surgery
    • Jas Rolyn L8 Night
    • Mariah Gerada  Ciao Bella
    • Manwel TWarico
    • Rheez.Ġix Minuti

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Bi tkomplija tal-lista ta’ personalitajiet mix-xena Maltija tal-mużika, spettaklu, u kultura, li ħallewna fl-2024, illum insellmu wkoll lil żewġ għannejja magħrufa sew – Frans Azzopardi ż-Żott minn Ħal Qormi (fit-28 ta’ Diċembru) u Fredu Abela ż-Żejtuni (fil-31 ta’ Diċembru) – kif ukoll il-kantant Joe Grech li miet fid-29 ta’ Diċembru 2024 fl-eta ta’ 90 sena.

    Ara lista sħiħa ta’ personalitajiet Maltin li mietu fl-2024  fuq il-Wikipedia

    PARTI 2:  Liema kienu l-aktar lyric videos li spikkaw fl-2024? Inkomplu nduru l-kategoriji fis-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Wara l-albums il-ġimgħa li għaddiet, u l-videos (sew bil-Malti u sew le) qabel il-festi , illum imiss il-lyric videos. Fenomenu relattivament ġdid dan, tal-anqas fl-iskema tal-ivvotar ta’ Mużika Mod Ieħor; introduċejniha għall-ewwel darba fl-2022. Din is-sena hemm għażla vasta ta’ stili, kif ukoll taħlita sħiħa bejn kanunetti bil-Malti u oħrajn bl-Ingliż.  Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

    • Deborah CTlaqna sal-Bajja
    • AidanHero
    • MisturaGrazzi bil-Quddiem
    • Il-MajċaSkarta
    • MikaylaBlue Eyed Angel
    • Rita PaceAll I Need
    • KayatiHappy Birthday
    • Myles20XX (An Open Letter to Myself)
    • Lady LizardBloat Drone
    • Avenue SkyEternità
    • Andew ZammitRajtek

    Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

    Orami - Gargoyle album cover art
    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Gargoyl ta’ Orami. Kif kellna l-okkazzjoni ngħidu f’edizzjonijiet oħra qabel din, Orami huwa proġett ta’ Mario Giordimaina. Kellna diversi siltiet oħra mingħandu, inkluż l-album Noises li ħareġ f’Jannar tal-2022. Dan il-ġdid ħareġ fil-15 ta’ Diċembru 2024, u ftit qablu kellna wkoll video għal waħda mis-siltiet fih li hija Empire of Filth. Minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Gargoyl
    • Empire of Filth
    • Omen

    > Isma’ l-album Gargoyl ta’ Orami fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • Mużika Mod Ieħor – 701

    Mużika Mod Ieħor – 701

    IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-701 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fit-tielet staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Shaun Farrugia Crying Alone On A Saturday Night
    • Patryk Cutajar Zero
    • Claire Tonna  Awake (minn Held EP)
    • Nick MoralesStennieni (minn Imħabbatħabbat)
    • Rene’ Mamo + Mark TonnaFil-Ħoss tar-Riħ
    • Il-Majċa + Kiita CKollox Spiċċa

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    Fl-ewwel parti qed infakkru wkoll lil uħud mill-personalitajiet mix-xena Maltija tal-mużika, spettaklu, u kultura, li ħallewna fl-2024:

    • Sammy Murgo (6 ta’ Frar)
    • Cliff D’Ugo (16 ta’ Frar)
    • Tony Agius [il-kantant] (4 ta’ Marzu)
    • Monica Attard (5 ta’ Marzu)
    • Joe Cutajar (7 ta’ Marzu)
    • Pawlu Mifsud [biegħ tad-diski] (7 ta’ Marzu)
    • Victor Tabone (13 ta’ Marzu)
    • Vinny Vella (26 ta’ April)
    • Joe Vella Bondin (18 ta’ Lulju)
    • Mark Mallia (23 ta’ Lulju)
    • Stephen Attard (17 ta’ Settembru)
    • Charles Briffa (21 ta’ Settembru)
    • Joseph Felix Cachia (1 ta’ Ottubru)
    • Polly March (6 ta’ Ottubru)
    • Terry L. Bencini (27 ta’ Ottubru)
    • Lino Ferris (29 ta’ Ottubru)
    • Sam Delceppo (20 ta’ Novembru)
    • Ray Pitrè (28 ta’ Novembru)
    • Charles E. Zammit (25 ta’ Diċembru)

    > Lista sħiħa ta’ personalitajiet li mietu fl-2024 issibha permezz tal-Wikipedia

    PARTI 2:  Liema kien l-aktar albums li spikkaw fl-2024? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Qabel il-festi bdejna nagħtu ħarsa lura lejn l-aktar videos li spikkaw matul l-2024 biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn l-albums tal-2024. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar. :

    • A Lily – Saru l-Qamar
    • Brodu -Kusksu Clan
    • Chasing Pandora – The Weight of It All
    • Chellsey Reitsma – Momento Mori
    • Cher Camilleri – Naddatta
    • Current Daze – Celestial Rhymes of Conviction
    • Eyes to Argus – Reroot
    • Is-Suffarin – Blata
    • One11 – Meta Jaqa’ l-Ħoss
    • Oxygyn – Compound
    • Sean Borg – Terapija u Mħabba
    • Sfera – Gatt Groove
    • Simon Sammut – Visions of Transcendence
    • Skald – Morsa
    • Tribali – Alka
    • X-Tend – 1984–2024
      Melchior Sultana - Higher Ground album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Higher Ground ta’ Melchior Sultana. Il-ġimgħa l-oħra daqqejtilkom silta minnu dan l-album – Ghost, bil-vuċi ta’ Janelle Pulo. Is-siltiet huma xi ftit twal u allura għandi ċans biss insemma’ biċtejn minnhom. Dan l-album ta’ Melchior Sultana huwa t-tieni wieħed tiegħu matul l-2024. Underground kien ħareġ fi Frar li għadda filwaqt li dan il-ġdid ħareġ fil-5 ta’ Diċembru 2024 Minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

    • New Chapter
    • Fly On the Wall

    > Isma’ l-album Vinyl Paradise ta’ Vinyl Paradise fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

  • MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

    MMI 2024 Listeners' Picks PollYou can now vote for your top picks from the 2024 music releases featured during the Mużika Mod Ieħor podcasts from last year in the following categories:

    Top Album
    Top Music Video (bil-Malti)
    Top Music Video (non-Maltese Language)
    Top Lyric Video
    Top Single
    Top Overseas-based Artists

    You must vote on all SIX categories for your top picks to count.

    You may only vote once – click the next button below to start voting. Scroll down!

    A full list of nominations is available through the M3P wiki, as in previous years.

    Please note that you must vote on all the six categories on the poll for your picks to count…and spread the word though Facebook, Instagram, TikTok and/or other social media platforms.

     

     

    This poll is open until 31 January 2025.
    You must vote on all SIX categories for your top picks to count.
    Results will be announced during the first MMI podcast in February 2025.

  • Mużika Mod Ieħor – 700

    Mużika Mod Ieħor – 700

    Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-700 edizzjoni li huwa t-tlettax-il programm fit-tieni staġun għar-radju.

    PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

    • Matthew James People
    • Krista Šujak – words unspoken.
    • Melchior Sultana feat. Janelle PuloGhost (minn Higher Ground)
    • The Crowns feat. Jimmy Tyrrell  Out of Our Minds (minn breakupbeard)
    • Damaged and Co.Reflections
    • Christine DalliNella Fantasia
    • Kapitlu TlettaxUġigħ Mistur
    • One11Ruħ Twajba
    • ListonIdolu

    > Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

    PARTI 2:  Kif tiċċelebra 700 poddata ta’ Mużika Mod Ieħor? Bilkemm irrid nemmen li wasalna għas-700 poddata ta’ Mużika Mod Ieħor. Ħabtet eżatt mal-aħħar edizzjoni għall-2024, li huwa wkoll it-tlettax-il programm fit-tieni sensiela għar-radju fuq Campus 103.7. Mill-edizzjoni li jmiss mhux biss nibdew il-poddati għall-2025 imma nkomplu bit-tielet sensiela fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis filgħaxija. Aktar minn dan, però, f’Novembru tas-sena l-ġdida il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor ikun ilhom joħorġu 20 sena, u naħseb li għal dik l-okkazzjoni nagħmel xi ħaġa partikoli f’din it-tieni parti ta’ kif inhu mqassam l-andament ta’ Mużika Mod Ieħor issa.  Bħala mużika kommemorattiva, jekk dik hija l-kelma xierqa, għażilt 3 siltiet. Waħda mingħand l-iXtruppaw li kienu l-ewwel grupp li daqqejt waqt Mużika Mod Ieħor fl-2005 u ispirazzjoni kbira għalija dejjem. It-tieni hija diska li nqisha fost l-aktar favoriti tiegħi u li kieku ma kienx għall-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor aktarx li qatt ma kont insir naf biha. U fl-aħħar għandi silta mill-aktar album riċenti ta’ The New Victorians – Ninni:  Album tal-Milied – li għażilt bħala l-album tal-ġimgħa fl-edizzjoni ta’ qabel din tal-lum.

    • XtruppawDear Poni
    • Lejla MaltijaIl-Ġuvni Ħasan
    • The New Victorians – Stilla
      Vinyl Paradise 2024 album cover art

    PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vinyl Paradise ta’ Vinyl Paradise. L-album tal-lum huwa wieħed xieraq tassew għas-700 edizzjoni tal-poddata. Id-diski ta’ 33 dawra u terz reġgħu ġew in voga sew fl-aħħar snin u din is-sena jidher ċar li qabdu sew. Il-grupp Vinyl Paradise indubjament għażel ismu b’rabta mal-element nostalġiku u l-moda tal-hipsters lejn dan il-mezz mill-aktar skomdu biex titwassal il-mużika. Ma rridx ninsma’ li jiena komplement kontra l-vinyl bħala mezz xieraq għat-tixrid tal-mużika. Imma r-raġuni tiegħi biex napprezza dan it-tip ta’ materjal plastiku għad-diski mhux il-kwalità suppost superjuri tal-ħoss li jwassal (għandi dubju serji dwar dan) imma aktar minħabba l-aspett preżervattiv. Irrid ngħid, recordings fuq il-vinyl nafu fiċ-ċert li jistgħu jibqgħu ppreservati talikwali għal bosta diċenji, u dan ma jista’ ningħad għal ebda format ieħor. Il-grupp Vinyl Paradise huma magħmul minn il-kantant u kitarrist Ben Bailey, il-perkussjonista Patrick Camilleri, u l-bassista Antoine Tonna, u l-vuċijiet li jakkumpanjawhom fl-isfond huma tal-aħwa Hannah u Amy Grech Pirotta. L-album ta’ Vinyl Paradise ħareġ fid-29 ta’ Novembru 2024 u minnu għażilt li ndoqq dawn illum:

    • Easy On Me
    • Like Never Before
    • Another Thing Coming

    > Isma’ l-album Vinyl Paradise ta’ Vinyl Paradise fuq Bandcamp

    Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.