Mużika Mod Ieħor – 705

IVVOTA: MMI 2024 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2025.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-705 edizzjoni li huwa l-ħames programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Nick Morales State of Mind
  • Megan May Love Me
  • Luana Schembri  Burn
  • Philip VellaTaħfirli?

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

PARTI 2:  Xi siltiet laqtu lil Toni Sant fl-2024? Mhux soltu nagħti wisq attenzjoni lid-diski Maltin li l-aktar jolqtu lili. Dan anke għax aktarx nispiċċa nħalli aktar minn waħda barra, meta ma jkunx jixraq jiġri hekk. Irrid ngħid, regolarment ninkludi s-siltiet li jolqtuni waqt Mużika Mod Ieħor. Jew aħjar, rari ninkludi materjal li ma jolqotnix b’xi mod jew ieħor. Li qed nagħmel illum huwa li nagħżel żewġ siltiet li naħseb jixirqilhom aktar attenzjoni milli qed jirċievu permezz tal-voti tagħkom fuq id-diski u r-recording oħra li ħarġu fl-2024, li għadna qed nirċievu l-voti tagħkom fuqhom sal-aħħar ta’ Jannar. Dawn huma l-għażliet li qed nislet f’kull kategorija:

Maltin ibbażati barra minn Malta:

  • TroffaĦamraQatt ma Ninsa
  • Chess GaleaPrescription

Albums:

  • Sean BorgTerapija u Mħabba
  • Simon SammutVisions of Transcendence

Videos bil-Malti:

  • SterjoTipiDestinazzjoni
  • KanteraVjaġġ Sabiħ

Videos mhux bil-Malti:

  • Gaia CauchiCupid
  • The RifffsModern Society

Lyric videos:

  • MisturaGrazzi bil-Quddiem
  • Avenue SkyEternità

Singles:

  • Dean MuscatHeart of the Med
  • Kurt KindSo Bored

Ivvota għall-għażla tiegħek mill-2024 – qabel l-aħħar ta’ Jannar 2025.

Robert Farrugia - Natura Maltija soundtrack album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Natura Maltija [official soundtrack] ta’ Robert Farrugia. Ilna nistennewh ġej diversi xhur, u uffiċjalment ħareġ fil-17 ta’ Jannar 2025, li effettivament jagħmlu t-tielet album Malti maħruġ din is-sena. L-istil tal-mużika huwa dak li drajna sew mingħand Robert Farrugia, anke jekk hawn għandu dimensjoni ġdid, jew miżjuda, għax din il-mużika hija miktuba għas-sensiela ta’ dokumentarji dwar in-natura Maltija maħduma minn Saviour Bonnici. Minn dan l-album  għażilt li ndoqq dawn illum:

  • Tema
  • Qabru
  • Qarnita

> Isma’ jew niżżel l-album Natura Maltija [official sountrack] ta’ Robert Farrugia fuq Bandcamp

> Ara l-episodji kollha ta’ Natura Maltija minn Saviour Bonnici fuq YouTube

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…