Mużika Mod Ieħor – 796

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-796 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fl-għaxar staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Oxygyn – Voodoo Doll
  • Chiara – Your Goodbye
  • Gaby Bonello – Something Has Changed
  • Projekt – Bird
  • Megan May – Kiss & Tell
  • Auntie’s Yellow Sofa – Minute

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Tiftakarhom lin-Negative Space?  

Minn żmien għal żmien jitilgħu memories (kif jissejħu t-tifkiriet fuq Facebook) li jfakkruni f’xi kantanti jew bands li jkunu sparixxew mix-xena u li ftit li xejn m’għandhom jissemmew, biex ma ngħidx li m’għandhom jissemmew xejn. Wieħed minn dawn huwa l-grupp Malti Negative Space, li kienet ġibditli l-attenzjoni għalih (permezz tal-Facebo0k sintendi) Leona, il-kantanta tal-Ġenn. Fittixt naqra u sibt li l-membri ta’ dan il-grupp kienu: Gary Bugeja, Mark Micallef, Kersten Graham, u Ryan Agius. U li l-produzzjoni tar-recordings tagħhom kienet f’idejn Niki Gravino, u jidher li anke kienet inħarġet xi CD tagħhom minn Reciprocal Records.  U allura llum qed indoqq 3 siltiet tagħhom li għandhom jeżistu anke l-videos promozzjonali tagħhom fuq YouTube.

  • BK2SQR1
  • Standing
  • State of Mind

> Isma’ u ara d-diski kollha ta’ Negative Space fuq YouTube

Manwel T - Natural Dub album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Natural Dub ta’ Manwel T. Dan huwa l-album l-aktar riċenti ta’ Manwel T. Bħall-ħafna mill-albums tiegħu dan jinkludi materjal li ilu jinħema żmien twil, jew li nħadem ftit taż-żmien ilu u, f’xi każi, issa qed jiġi ppreżentat mill-ġdid f’dan l-album.  Filfatt ix-xogħol fuq l-għaxar siltiet li nsibu f’dan l-album jixirxu lura sal-2016. Hemm ħafna x’nistgħu ngħidlu dwar Manwel T — ħafna minnu tajjeb, sintendi — imma sinċerament nippreferi nisimgħu il-mużika tiegħu. Dan l-album ħareġ fil-31 ta’ Ottubru 2026.  Minnu llum għażilt dawn:

  • Natural Dub
  • Hypnotic
  • Dub Moon
  • Dub Meanders
  • Dub Is Lovely

> Isma’ jew niżżel l-album Natural Dub ta’ Manwel T kollu fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…