Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-786 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fid-disa’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Claire Cordina – Sunflowers
- Ryan Paul – Climax
- Karm Debattista mssp – Imbierek Int
- DJ Nico Tean – Broken Paradise: A Song for Malta
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Ghost ta’ Capitol K.
Is-sena l-oħra, eżattament fit-28 ta’ Awissu 2025, Capitol K daqq dak li eżatt sena wara ħareġ fuq Bandcamp bħala r-recording bl-isem ta’ Ghost. Dan recording atmosperiku ħafna u l-mużika hija ambjentali ħafna. Fil-ġranet li għaddew, eżatt fil-lejl li ħafna minn Għawdex kien bla dawl, dan ix-xogħol ta’ Capitol K verament huwa f’postu. U għal min ma jafx, Capitol K huwa Kristian Craig Robinson, mużiċist imwieled Malta,. imrobbi Dubai, il-Brunei u l-Ingilterra, u issa bbażat f’Londra, anke jekk ir-rabta tiegħu ma’ Malta għada b’saħħitha ħafna.
> Isma’ jew niżżel Ghost ta’ Capitol K fuq Bandcamp

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Runaway Heart ta’ K.A.R.R and JJ Mist. Propjament dan huwa EP li fih sitt siliet, imma faċli ngħidu li huwa tal-anqas mini album. Ħareġ fit-28 ta’ Awwissu 2026, iżda t-title track, jew tal-anqas verżjoni tagħha, ltqajna magħha diġà f’Mejju tas-sena l-oħra. Għalkemm jaf hemm nies oħra involuti fil-produzzjoni ta’ dan l-album, ix-xogħol prinċipali huwa f’idejn il-mużiċist Kurt Aquilina u l-kantanta Jessica Emily Eden. Illum minn dan il-mini album għażilt dawn:
- Runaway Heart
- Are You Out There
- I Can See
> Isma jew niżżel l-album kollu Runaway Heart ta’ K.A.R.R and JJ Mist fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…