Mużika Mod Ieħor – 783

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-783 edizzjoni li huwa l-seba’ programm fid-disa’ staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Patricia Chibuzor Unsaid Line
  • Amped Out – Tonight
  • Miriana Conte + Mychael Bartolo Chircop – What the Helena?
  • Daniel Cauchi feat. Marija Bellia Ħallih Iħabbat
  • Janvil Mary
  • Robert Farrugia Projections

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Kont taf li l-album Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta għadu kemm reġa’ nħareġ? Fl-1974 it-tikketta tad-diski Maltija Circle ħarġet l-ewwel LP tagħha.  Kien dan Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta, u t-tikketta kienet tal-ħanut tad-diski Brizzi, li m’għadux jeżisti, u ilu li għalaq bosta snin. Issa fis-sajf tal-2026, dan l-album inħareġ mill-ġdid fuq it-tikketta tad-diski ta’ Anthony D’Amato. Il-kitarrist Tony Pace huwa l-kitarrist prinċipali assoċjat ma’ dan l-album imma hemm ukoll mużiċisti oħra li jispikkaw fih, fosthom Joe Demicoli (le mhux dak!) fuq l-accordian, Tony Zammit bil-mandolina, id-daqqaq tal-prejjem tal-għana huma minn Ġanni Borg iċ-Ċaċċi, u hekk ukoll Vanni Pulè. Dan huwa tassew wieħed mill-albums popolari klassiċi Maltin. Minnu llum qed nisimgħu dawn is-siltiet:

  • Il-Maltija
  • Għawdex
  • In-Nissieġa
  • Spirtu Pront
  • Bikja
  • Kemm Hi Kbira L-Festa Tagħna

> Isma’ l-album kollu Il-Maltija And Other Folk Tunes From Malta fuq YouTube.

MSO - Monte Loco Rides Again album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Monte Loco Rides Again tal-Melbourne Ska Orchestra. Dan l-album il-ġdid tal-Melbourne Ska Orkestra huwa verzjoni live tal-album The Ballad Of Monte Loco li ħarġu s-sena l-oħra. L-album oriġinali kien l-album tal-ġurnata meta ħareġ is-sena l-oħra u minnu llum qed ninkludi diversi siltiet issa fil-verżjoni live.  Però f’dan l-album hemm ukoll xi siltiet ġodda tal-Melbourne Ska Orchestra, u allura qed indoqqhom minnhom ukoll:

  • Lygon Street Meltdown (live)
  • John Wayne (live)
  • Walls of Jerico (live)
  • Climb Up the Mountain
  • All Day Long

> Isma’ jew niżżel l-album kollu Monte Loco Rides Again tal-Melbourne Ska Orchestra fuq Soundcloud.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…