Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-773 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Aidan – Man on the Moon
- Bahjat – Haya Ħdejja
- Shaun Farrugia – Heading Home
- K.A.R.R. feat. JJ Mist – Runaway Heart
- Kaya u Franklin – Id-Dawl ta’ Għajnejja
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? L-idea li ntroduċejt 5 ġimgħat ilu tkompli llum ukoll, u forsi anke fl-edizzjoni li jmiss. Inkomplu naraw x’sib fl-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi, meta kont qed nħassar kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI. Dawn huma wħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar. Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.
- Nina Wright – Waiting
- Victoria Osbourne – Counting Butterflies
- Saving Alexis – Ocean Deep
- The Freuds – Out of Time
- The Myth – Crazy
- Reborn – Falling
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Bizzilla ta’ Christabelle Scerri. Dan l-album orġinarjament ħareġ fl-2016 fuq CD. Issa, eżattament fl-14 ta’ Mejju 2026, l-album inħareġ mill-ġdid fuq Spotify u pjattaformi diġitali oħra. Għalkemm l-album huwa ppreżentat bħala ġabra ta’ kanunetti folkloristiċi Maltin, fih jinkludi diversi kanzunetti li din il-kantanta nfisha pparteċipat bihom f’diversi konkorsi, bħal m’hu l-Għanja tal-Poplu. Oħrajn huma kanzunetti popolari Maltin tas-snin 70 u 80 b’arrangamenti sempliċi, u kultant tassew ħelwin, jew kollaborazzjonijiet ma’ Frank O’Neill, li ktieb 3 jew 4 mill-kanzunetti li nsibu f’dan l-album u anke jkanta ma’ Christabell f’xi tnejn minnhom. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:
- Warda
- Imħabba f’Kemmuna
- Kif Ħaduli l-Menti
- Maria ta’ Wied il-Għajn
- Il-Bizzilla
> Isma’ l-album kollu Bizzilla ta’ Christabelle Scerri fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:40 — 136.7MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…