Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-769 edizzjoni li huwa s-sitt programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Karin Duff – Rio
- GinX – Imħabba Vera
- Nicole Cassar feat. Gabe l-Babe – Lonely
- Pete Molinari –The Love That Dares Not Speak Its Name
- Evangelia (w/Miriana Conte & Kiki) – Paréa
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’sibt fl-arkivji tal-Yahoo Mail dil-ġimgħa? Inkomplu fejn bdejna l-ġimgħa l-oħra fl-attentat tiegħi biex nara x’hemm li jista’ jitħassar mill-inbox tal-Yahoo Mail tiegħi. Sibt kwantità kbira ta’ emails b’attachments kbar li huma diversi tracks li rċivejt mingħand mużiċisti u kantanti li jitolbuni nikkunsidra xi ħaġa ġdida tagħhom għal waqt xi edizzjoni ta’ MMI. U allura llum ukoll – u ċertament li nkompliha darb’ oħra din – qed naqsam magħkom uħud mis-siltiet li sibt jien u nħassar ħafna emails qodma li m’għandix bżonn aktar. Is-siltiet mużikali qed inżommhom sintendi, flimkien m’uħud mill-aktar emails pertinenti li rċivejt matul is-snin.
- Amber – No Neverland (2017)
- Bark Bark Disco – No One Else (minn The EP from the Sea)
- Chasing Pandora – Tea Time (2024)
- Hooligan – Fuq in-Nisa (2011)
- Hunters Palace – Tal-Metall (10″ – 2011)
- Mikaela [Attard] – Call Me (2010/11)
- Pete Molinari – Since You’ve Been Gone (2011)
- Monroe – Caged (2011)
- South Central – Demons (2011)
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Night Walk ta’ Sfera. Dan huwa t-tieni album ta’ dan il-trio Malti. Komunament nikklassifikaw din it-tip ta’ mużika bħala jazz, iżda Paul Giordimaina nsista miegħi li mhux jazz konvenzjonali u allura jitlob li jinstema’ aktar minn darba. Flimkien ma’ Giordimaina fit-trio Sfera nsibu lill-bassista Oliver Degabriele u l-batterista Ġużè Camilleri. Dan l-album ħareġ nhar is-Sibt 25 ta’ April 2026 waqt l-ewwel minn żewġ serati f’Palazzo de la Salle fil-Belt Valletta organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Arti Performattiva (NAPA). Minnu llum għażilt dawn:
- Night Walk
- Never Again (mal-kitarrista Miles Busuttil)
- Tree House (tkanta Angie Vella Zarba)
- Embracing the Peace
> L-album Night Walk ta’ Sfera għalissa huwa disponibbli biss f’edizzjoni limitata fuq vinyl.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:34 — 136.5MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…