Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-766 edizzjoni li huwa t-tielet programm fit-tmien staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kantera – Ir-Reġjun Port
- Glen Vella – Logħob Li Jgħaqqadna (Tema ta’ Malta School Games 2026)
- Karm Debattista – Fields of Praise
- Ivan Grech – Show Me How To Love You
- Luke Chappell – Whitecar
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Tislima lil Aurelio Belli (1976–2026)
Ftit tal-ġranet ilu, propju nhar il-Ħadd 12 ta’ April 2026, tħabbret il-mewt bikrija ta’ Aurelio Belli, li kelli 49 sena. Aurelio Belli kien mużiċist maħbub u rispettat ferm, sew għall-ħidma tiegħu fid-dinja tal-mużika pop, kif ukoll għax-xogħol tiegħu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, u anke l-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara, li tagħha kien ilu surmast sa mill-2017.
F’dawn l-aħħar snin Belli kien magħruf l-aktar bħala arranġatur tal-mużika popolari, b’mod partikolari meta jidħlu elementi orkestrali fiha. Hawn aktarx li huwa magħruf l-aktar ix-xogħol tiegħu ma’ Rockestra, jew anke l-arranġament il-ġdid tat-tema tal-maratona ġbir ta’ fondi magħrufa bħala Oħloq Tbissima.
Indubjament li l-aktar drabi li rawh in-nies kien meta dderiġa l-orkestra waqt xi waħda mill-edizzjonijiet tal-festival tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika. Madankollu, huwa kien idoqq ukoll, ħafna drabi l-ewfonju jew it-trumbun, inkluż mal-Versatile Brass ta’ Paul Borg, kif ukoll f’duo ma’ Jesmond Azzopardi bid-daqq tal-ewfonju.
Aurelio Belli jibqa’ miftakar mill-bosta mużiċisti li ħadmu miegħu matul il-karriera tiegħu għall-ħafna kwalitajiet sbieħ li kellu. In-nuqqas tiegħu se jinħass żgur, u minn hawn nagħtu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu, kif ukoll lill-kollaboraturi mużikali kollha tiegħu. Id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu.
- Paul Giordimaina u Qalb (Petra Zammit, Anna Azzopardi, Gloriana Arpa Belli – Għalxejn
- Duke of Connaught’s Own Band – Is-Surmast il-Ġdid
- Karm Debattista – Oħloq Tbissima
- Aurelio Belli + Jesmond Azzopardi – Czárdás (2008)
- The Travellers + Sarah Bonnici – Marija l-Maltija (minn Mużika Mużika 2026)
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kewkba fl-Univers ta’ Janice Mangion. Dan huwa l-album debutt ta’ din il-kantanta popolari Maltija. Hija magħrufa l-aktar mhux biss għall-kanzunetti tagħha bil-Malti imma wkoll għall-fatt li hija fost l-aktar proponenti ferventi tal-ilsien Malti fil-kuntest tal-Eurovision Song Contest. Għalkemm f’dak il-qasam is-suċċess mixtieq ma wasalx, xorta waħda nħoss li hija rebħet il-qlub ta’ bosta ammiraturi u segwaċi tax-xena mużikali popolari f’Malta. Bil-kanzunetti tagħh. Minn dan l-album illum għażilt li ndoqq dawn:
- Univers
- Għadu Mhux il-Waqt
- Kewkba
- Ġawhra f’Qalbi
- Teżor
> Isma’ l-album Kewkba fl-Univers ta’ Janice Mangion fuq Spotify
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…