Mużika Mod Ieħor – 755

IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-755 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Michael Azzopardi Annimali
  • James Cardona – Għall-Ħarġa 
  • Fadi Abou Rjeili Ah, xi ħlew!
  • Mario Saliba –Mighty God
  • The Alchemist/MidnightIt’s Never Too Late
  • SceptocryptThis Odometer Syndrome

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Liema kien l-aktar esponenti Maltin ibbażati barra li spikkaw fl-2025? Qed noqorbu lejn it-tmiem tas-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra. Tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji li fadal biex intom tkomplu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn il-Maltin ibbażati barra. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

  • Chess Galea – Falling Knives
  • Tom CaruanaSalsa Verde [Perfect Match] 
  • Peach TalkCollidescope
  • Andre CamilleriMake America Great Again
  • Mama Kin Spender – Promises
  • Melbourne Ska OrchestraThe Ballad of Monte Loco
  • Alexandra Alden –Big Sky
  • Fake Ophelia – Out of Time
  • Sandro Zerafa – Serendipity
  • Tara FormosaConfessional
  • Klingande & Shaun Farrugia Feelings for You
  • BahjatLoco

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

Banjo Lucia - Mine album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Mine ta’ Banjo Lucia. Dan huwa wieħed mill-EPs li ħarġu s-sena l-oħra li ili biex ninkludih għal diversi ġimgħat, biex ma ngħidx xhur. Illum ħadt l-okkazzjoni wkoll biex norbtu mat-tieni parti fejn iffukajna fuq il-Malti ibbażati barra, u Banjo Lucia tidħol f’din il-kategorija minħabba l-parentela tagħha. Dan l-EP ħareġ fuq Bandcamp 19 ta’ Settembru 2025  u llum minnu għażilt dawn:

  • Mine
  • Cartwheel
  • Hold On Tight

> Isma’ jew niżżel l-EP Mine ta’ Banjo Lucia fuq Bandcamp.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…