Mużika Mod Ieħor – 754

IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.


Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-754 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-seba’ staġun għar-radju. 

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Karhys – Hush
  • Dean Muscat  – I’ll Be Fine 
  • Victorio Gauci – O San Franġisk
  • Prayer of the Dying feat. Simon Deguara – Falling

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Liema kien l-aktar singles li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Diġà tajna ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025, kif ukoll il-lista tal-albums u l-EPs biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn is-singles tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:

  • Stjanu – Lament Kuntent
  • David Schembri – Għidli Int Ja Mara
  • 13 Years Later – Żifna f’Ħolma
  • Hooli feat. Patrick Gaffiero – Biża’
  • Nate Rope – e ve ry th ing i am
  • Gaia Gambuza – Sugar Rush
  • Davinia – Capri
  • Cosette Baldacchino – Misunderstood
  • El Ferr – Peaches & Cream
  • Chellcy Reitsma – Carpe Diem
  • Jay Zinga feat. Bee – Cookin’ It Up
  • Karhys – Peace of Mind
  • Victorio Gauci – Higher
  • Mark Anthony Bartolo – Sweet Little Tiny Bird
  • Explict – FN
  • The Bride – Opium
  • Luke Vella – Too Much
  • Kayati – Tell Your Mama
  • Mariah Mangion – Supersonic

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

Kyl0 World album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kyl0 World ta’ Kylo. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-mużiċist żgħażugħ Malti li ilu attiv fix-xena mużikali minn tfulitu. Huwa multistrumentalist – xi ħaġa li forsi mhux daqstant komuni fost il-mużiċisti Maltin – anke jekk nafuh l-aktar bħala kitarrista. Kellna diġà l-opportunità nisimgħu żewġ siltiet promozzjonali minn dan l-album f’edizzjonijiet oħra qabel din tal-lum u l-album propjament ħareġ f’Novembru li għadda, imma f’formati fiżiċi biss.  Issa, fid-9 ta’ Jannar 2026 inħareġ ukoll fuq il-pjattaformi diġitali bħala Spotify u Bandcamp. Illum minnu għażilt dawn:

  • Vibe
  • Elf Sfumatura ta’ Blu
  • Asaph

> Isma’ l-album Kyl0 World ta’ Kyl0 fuq Spotify.

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

 

Comments

Leave a comment…