IVVOTA: MMI 2025 Listeners’ Picks Poll
L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2026.
Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-754 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-seba’ staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Karhys – Hush
- Dean Muscat – I’ll Be Fine
- Victorio Gauci – O San Franġisk
- Prayer of the Dying feat. Simon Deguara – Falling
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2026 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Liema kien l-aktar singles li spikkaw fl-2025? Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aktar diski u recordings oħra favoriti tagħkom tas-sena l-oħra, tajjeb li nkomplu naraw il-kategoriji waħda waħda. Diġà tajna ħarsa lura lejn uħud mill-aktar videos bil-Malti u lyric videos li spikkaw matul l-2025, kif ukoll il-lista tal-albums u l-EPs biex eventwalment intom tkunu tistgħu tivvotaw għall-għażla tagħkom. Illum imiss li nagħtu ħarsa lejn is-singles tal-2025. Il-votazzjoni miftuħa sal-aħħar ta’ Jannar:
- Stjanu – Lament Kuntent
- David Schembri – Għidli Int Ja Mara
- 13 Years Later – Żifna f’Ħolma
- Hooli feat. Patrick Gaffiero – Biża’
- Nate Rope – e ve ry th ing i am
- Gaia Gambuza – Sugar Rush
- Davinia – Capri
- Cosette Baldacchino – Misunderstood
- El Ferr – Peaches & Cream
- Chellcy Reitsma – Carpe Diem
- Jay Zinga feat. Bee – Cookin’ It Up
- Karhys – Peace of Mind
- Victorio Gauci – Higher
- Mark Anthony Bartolo – Sweet Little Tiny Bird
- Explict – FN
- The Bride – Opium
- Luke Vella – Too Much
- Kayati – Tell Your Mama
- Mariah Mangion – Supersonic
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kyl0 World ta’ Kylo. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan il-mużiċist żgħażugħ Malti li ilu attiv fix-xena mużikali minn tfulitu. Huwa multistrumentalist – xi ħaġa li forsi mhux daqstant komuni fost il-mużiċisti Maltin – anke jekk nafuh l-aktar bħala kitarrista. Kellna diġà l-opportunità nisimgħu żewġ siltiet promozzjonali minn dan l-album f’edizzjonijiet oħra qabel din tal-lum u l-album propjament ħareġ f’Novembru li għadda, imma f’formati fiżiċi biss. Issa, fid-9 ta’ Jannar 2026 inħareġ ukoll fuq il-pjattaformi diġitali bħala Spotify u Bandcamp. Illum minnu għażilt dawn:
- Vibe
- Elf Sfumatura ta’ Blu
- Asaph
> Isma’ l-album Kyl0 World ta’ Kyl0 fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download () | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…