Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-741 edizzjoni li huwa t-tieni programm fis-sitt staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Mark Anthony Bartolo – Sweet Little Tiny Bird
- Liston – Likek Irrid
- Karen Debattista – Mal-Ħlejjaq Infaħħruk
- ONE11 – Ittra Lil Tfuliti
- Bee – Two Sugars Less
- Malcolm Pisani – I Found You
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’albums ġodda ħarġu dan l-aħħar? Fit-tielet parti ta’ kull edizzjoni ta’ MMI jien nippreżenta album li jkun ħareġ riċentament. Dan jirmexxieli nagħmlu kważi regolarment iżda minn żmien għal żmien din mhux dejjem tkun ħaġa faċli għax mhux dejjem joħorġu biżżejjed albums Maltin regolarment biex ikolli minn fejn nagħżel. Bħalissa għandi f’idi 4 albums ġodda li għadni rrid nippreżalkom fit-tielet parti ta’ MMI…imma mhux illum. Allura dan iffisser li għall-4 ġimgħat li ġejjin, sa kemm ma jitfaċċax xi album li nħoss il-bżonn li nippreżentah qabel l-oħrajn kollha, dawn huma l-erbgħa album li għandi lesti għalikom:
- Manwel T – Afrika
- Klinsmann – Chaos & Cadence
- Timothy Garrett – Everything We Know Has Changed
- Andre Camilleri – Mariana from Tijuana
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Illum Illum ta’ Mik il-Malti. Wara l-album ta1-2023 Triq San Franġisk, Mikiel Camilleri Haber għadu kemm ħareġ album ġdid li jismu Illum Illum. Dan l-album ħareġ fis-26 ta’ Settembru u stilistikament ikompli fuq l-istess binarju bħal dak ta’ qablu. Minnu llum għażilt dawn is-siltiet:
- Barrakka ta’ Fuq
- Maduma Waħda
- Denise
- Clarita
> Isma’ l-album Illum Illum ta’ Mik il-Malti fuq Spotify.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More

Leave a comment…