Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-727 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fil-ħames staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Chiara –Kuljum
- Toby ft. Noor – Somebody
- Melbourne Ska Orchestra – Bom Bom Bom
- Explicit – FN
- Beheaded – Għadam
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: X’inhu l-aktar ħoss riċenti mit-tikketta tad-diski Battibatti? Id-ditta tad-diski Maltija Battibatti tispeċjalizza fil-mużika elettronika, biex ma ngħidux il-mużika elettronika għaż-żfin. Kella l-opporunità nisimgħu materjal ieħor minn din it-tikketta drabi oħra waqt MMI u llum qed nisimgħu siltiet minn l-aktar album riċenti li jismu BB27 – Homegrown EP. L-isem interessanti għax jgħidilna mill-anqas 3 affarijiet. L-ewwel ħaġa hi li dan huwa s-27 titlu fil-katalgu ta’ Battibatti. It-tieni li l-materjal li nsibu f’din id-diska huwa kollu minn Malta. U fl-aħħar logħba ħelwa fuq x’jikkostitwixxi album għax għalkemm imesjjaħ EP dan l-album ċertament li huwa itwal minn diversi EP li huma ppreżentati bħala albums. Minnu llum qed nisimgħu dawn:
- Niko Jay –Broken
- Migz – Peak T
- Scibi 01A – Simple Reduction
> Isma’ jew niżżel l-album kollu BB27 Homegrown EP fuq il-Bandcamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Maqsuma ta’ Karmaġenn. Ilu jinħema sentejn sħaħ dan l-album ta’ Noah Fabri, flimkien ma’ Michael Vella Zarb, Maya Aarohi, u Mark Abela z-Zizza. Il-kanzunetti li hemm fih huma fl-istil li drajna sew mingħand Noah Fabri u Karmaġenn iżda jkolli ngħid li l-ħoss tar-recording huwa l-aktar sofistikat li qatt smajt mingħandhom. U bix-xieraq għax hawn mgħandna għażla ta’ siltiet tassew alternattivi mill-kwantità kbira ta’ materjal kważi ovvju – biex ma ngħidx mimli cliches ukoll – li jinħareġ regolarment fuq ix-xena tal-mużika lokali. Maqsuma ħareg fil-21 ta’ Ġunju 2025, l-ewwel ġurnata ta’ dan is-sajf, waqt serata mużikali fl-iStoreroom ta’ Ta’ Xbiex. Minnu llum għażilt dawn:
- Sinjuruni u Sinjorini
- Spazju
- Karnival
- Frawla
> Isma’ jew niżżel l-album kollu Maqsuma ta’ Karmaġenn fuq il-Bandcamp.
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.
Podcast: Play in new window | Download (Duration: 59:30 — 136.3MB) | Embed
Subscribe: Apple Podcasts | RSS | More
Leave a comment…