Mużika Mod Ieħor – 708

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-708 edizzjoni li huwa t-tmien programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Kayati – Happier
  • Martina Fenech – Don’t Slip Away
  • Child  – Qalbi  (minn Dyż-location)
  • That bb – Keep On Running
  • Notes to Addy – Sparks

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

SU-NICHEL-Album-cover-
PARTI 2:  X’inhu Su Nichel? Il-mistoqsija setgħet kienet faċilment minn hu jew min hi Su Nichel, iżda tajjeb ngħid mill-ewwel li Su Nichel huwa grupp. Grupp mużikali b’membri minn diversi pajjiżi li jinkludi l-bassista Malti Dean Montanaro. Lil Dean riċentament smajna ħafna mingħandu premezz ta’ grupp ieħor li jdoqq miegħu, bl-isem ta’ Antares Flare. Mingħand Su Nichel għandna EP jew album, skont kif tħares lejh, li jimsu Deeds of a Rascal. Dan jinkludi żewġ kompozzjonijiet ta’ Dean. Waħda minnhom jisimha Andea Carta li huwa sempliċiment isem wieħed mill-mużiċisti l-oħra f’dan il-grupp. Hemm anke website dwarhom u allura tistgħu tmorru fuqha, jekk tridu tafu aktar. Minn Deeds of a Rascal għażilt li ndoqq dawn ta’ Su Nichel illum:

  • Andrea Carta
  • Return of a King
  • Winners and Finders

>  Isma’ aktar mużika ta’ Su Nichel fuq Bandcamp

PARTI 3: L-album tal-lum mhux eżatt album, imma ġabra ta’ kunzunetti li faċilment setgħu kienu album tal-Malta Eurovision Song Contest 2025. Aktar milli nikkummenta dwar il-Malta Eurovision veru u propju, illum għażilt numru żgħir ta’ siltiet minnu li naħseb li xorta kienu jsibu posthom waqt xi edizzjoni ta’ Mużika Mod Ieħor kieku ma kienux parti mill-konkors ta’ kanzunetti għall-Eurovision. Ma nafx għaliex hemm biss playlists fuq YouTube u Spotify bil-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 u mhux album propja fuq dawn l-istess pjattaformi, jekk mhux oħrajn ukoll. Irrid ngħid, naf għaliex, hija sempliċiment nuqqas ta’ viżżjoni mill-produtturi. Qed ngħid ma nafx għaliex f’sens retorik, għax tassew pass naturali u normali li kieku kellu jinħareġ album b’dawn is-siltiet fih. Insomma, minnu għażilt dawn jien:

  • Kantera – Lalaratatakeke Lalaratakabum
  • Mark Anthony Bartolo – Hideaway
  • Dario Bezzina feat. Żeppi l-Muni –Għażliet
  • Miguel Bonello – Break the Cycle
  • Martina Borg –Yo Listen

> Isma’ l-kanzunetti kollha tal-Malta Eurovision Song Contest 2025 fuq Spotify

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…