Mużika Mod Ieħor – 707

Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-707 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tielet staġun għar-radju.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Ben Danny Mo Purple Face
  • Chasing Pandora Ticket to the Moon
  • Tash Sultana  Milk & Honey (live at Lonely Lands Studio)
  • Wayne GrimaEternity
  • Kill the Action feat. Myles, Funky Money & DJ MacĠaħan

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2025 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Min hu Nicholas Aquilina? Lura għall-kurżitajiet dwar mużiċisti partikolari wara xahar u nofs niffokaw fuq id-diski u recordings oħra li ħarħu fl-2024. Illum qed inqajjem din il-kurżità propju wara li rċivejt messaġġ mingħand Nicholas Aquilina, li oriġinarjament kont daqqejt il-mużika tiegħu waqt Mużika Mod Ieħor madwar 12-ilsena ilu, jew preċiżament fl-edizzjoni numru 312 f”Settembru tal-2012. It-tweġiba sempliċi għall-kurżita tal-lum hija li Nick huwa l-bniedem li ħoloq dawn il-ħsejjes li qed nisimgħu llum. Dak in-nhar kont daqqejt is-silta tiegħu Life u llum magħha qed ninkludi dawn:

  • Butterflies
  • Life
  • Woo
  • Perplexity

Isma’ aktar mużika ta’ Nicholas Aquilina mill-kanal tiegħu fuq il-YouTube

Rising Sunset - Vade Draconem Maledicte album cover art
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Vade Draconem Maledicte ta’ Rising Sunset. L-isem ta’ dan l-album bil-Malti huwa Mur Isħet lid-Dragun u allura mill-isem biss tifhem mill-ewwel x’tip ta’ mużika qed joffru fih il-grupp Rising Sunset, anke jekk forsi xi ftit aktar melodika minn dan it-tip ta’ metal iswed li tant huwa popolari fost l-ammiraturi ta’ dik ix-xena mużikali partikolari. Propjament l-album ħareġ fit-22 ta’ Novembru 2024 u allura aktarx li huwa l-aħħar wieħed mis-sena l-oħra li qed jidhru f’din il-parti ta’ Mużika Mod Ieħor din is-sena; imma ma tistax tgħid għax faċilment ħarabli xi ieħor li għad ninkludih eventwalment. Dan huwa t-tielet album mingħand dan il-grupp mill-2016 ‘l hawn, u ma nimmaġinax li se jkun l-aħħar wieħed għax għandhom għad ta’ segwaċi li tassew japprezzaw id-diski tagħhom.  Minnu għażilt dawn:

  • Midnight Child
  • Vengence is Mine
  • Deadmass

> Isma’ jew niżżel l-album Vade Draconem Maledicte ta’ Rising Sunset fuq Bandcamp

Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.

Comments

Leave a comment…