Mużika 21 – numru 140

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-140 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fil-ħdax-il staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Jake On My Mind
  • Ben MillerWaves
  • ONE11Tagħmel x’Tagħmel
  • nosnow/noalps Easy Love
  • TribaliBarumbara (mill-album Alka)
  • Fade Into Obscurity – Let Them Float (mill-album The Grief Aftermath)
  • ZabbethIblis

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Celestial Sphere fuq Battibatti. Ftit taż-żmien ilu bdejt niffoka fuq it-tikketti tad-diski Maltin. Irrid inkompli aktar dwar hekk fil-ġimgħa imma llum se nieqaf naqra biex naqsam magħkom xi ħaġa mit-tikketta Battibatti. Minn din it-tikketta tad-diski Maltija kellna diversi esponenti li wasslulna l-mużika tagħhom, primarjament fuq stil elettroniku. Owen Jay, Melchior Sultana, Brain James u oħrajna, inkluż mużiċisti barranin. U llum huwa propju wieħed minn dawn li se nisimgħu mingħandu. Celestrial Sphere huwa mużiċist Ġappuniż li qed jippreżenta album ġdid bl-isem ta’ Between Simplicity and Complexity fuq Battibatti.  Dan huwa l-24 titlu maħruġ fuq Battibatti permezz ta’ Bandcamp u minnu għażilt dawn is-siltliet:

  • I Love Sounds
  • A Strange Encounter

> Isma’ jew niżżel Between Simplicity and Complexity ta’ Celestial Sphere minn Battibatti fuq Bandcamp

 

Glen Montanaro - Carsten Landors - Trios Had To Happen album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa Trios, Had To Happen ta’ Glen Montanaro & Carsten Landors. Dan huwa l-album l-aktar riċenti tal-kitarrist Malti Glen Montanaro li l-aħħar li rajnih kien permezz tal-album Xhud. Flimkien ma’ Montanaro u d-drummer Carsten Landors fuq dan l-album ta’ Trios insibu lis-sassofonista Uffe Markussen u l-bassista Krysztof Maciejko. L-album huwa rrekordjat fid-Danimarka fejn huwa bbażat Montanaro u ħareġ fuq il-pjattaformi diġitali u bħala CD fis-26 t’April 2024. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:

  • Prolonging
  • Hope
  • Man of Gold (live)
  • Angles

> Isma’ l-album Trios, Had To Happen ta’ Glen Montanaro & Carsten Landors kollu fuq Spotify.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Comments

Leave a comment…