Skip to content

Mużika 21 – numru 139

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-139 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fil-ħdax-il staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Wayne Blame It On Me
  • Jon Guelas + Gaia CauchiWhat Are We Now?
  • Gabriel Schembri + Francesco Frendo Il-Ballata tal-Hiblu Tlieta
  • Sean BorgInvictus (mill-album Terapija u Mħabba)
  • Dean MontanaroStatic (mill-album Trios, Had To Happen)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis. Minn żmien għal żmien, f’din il-parti tal-programm indoqq siltiet minn album jew EP li ma nkunx inkludejt fit-tielet parti tal-programm u li nkun naf li mhux se jirnexxielu   jidħol f’dik il-parti għal diversi ġimgħat oħra minħabba n-numru t’albums oħra li jkolli skjerati għal dik it-taqsima. Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis huwa tal-qis, kif jgħidu, għal dan l-iskop. Minnu għażilt li ndoqq dawn is-siltiet:

  • Music Love Eternity
  • Ghost Particles
  • Cosmic Dance
  • New Sonic Spaces

> Isma’ jew niżżel Cosmic Dance ta’ Sound Synthesis fuq Bandcamp

 

Sammy Murgo - The Final Chapter album cover artPARTI 3: L-album tal-lum huwa The Final Chapter ta’ Sammy Murgo. Nammetti li ma kontx qed nistennih dan l-album. Però tajjeb ngħid mill-ewwel li ħadt pjaċir ferm li tfaċċa issa, hekk kif għandna friski milli nagħtu ġieħ lil dan is-sassofonista leggendarju Malti li ħalliena aktar kmieni din is-sena. Dawn ir-recordings ta’ Sammy Murgo f’Tone Studios immexxi minn Andrew Zammit. Il-mużiċisti li nistgħu fuq dan l-album flimkien ma’ Sammy Murgo huma Paul Giordimaina fuq il-pjanu, Noel Grech bid-drums, Mario Aquilina l-Cocker fuq il-baxx, u l-kantant huwa Tony Bartolo. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:

  • Dear Sam
  • Body and Soul
  • I’m in the Mood for Love
  • Loverman

> Isma’ l-album The Final Chapter ta’ Sammy Murgo kollu fuq Spotify.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...