Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-138 edizzjoni li huwa t-tmien programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kym Pepe – Mhux il-Ħin
- Kapitlu Tlettax ft. Raquela – Rita
- Keith Zammit Mintoff – Mingħajr Kliem
- Kayati – About You
- Chris Lanzon – Lilo
- Sarah Bonnici – Lose
- Myles – Anxiety
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hu New Even? Skont profil li sibt fuq Soundcloud New Even beda bħala duo bejn Ernest Ciantar u René Brincat 2015, imma issa huwa mniżżel bħala proġett ta’ René Brincat. Jingħad li hemm diversi siltiet maħruġa minn tikketti tad-diski varji matul is-snin bħal Tibetania Records, Freegrant Music records, ICONYC Noir u Massive Harmony. Hemm diversi siltiet imferxa fuq diversi siti pero jien għażilt li ndoqqilkom l-ewwel Lazy Café downtempo mix maħruġa fuq Soundcloud aktar kmieni din is-sena.
> Isma aktar mingħand New Even fuq Soundcloud
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Saru l-Qamar ta’ A Lily. U fl-aħħar wasal ukoll. Diġà kellna xi żewġ siltiet, jekk mhux tlieta, minnu fl-aħħar ġimgħat. L-album ħareġ fil-5 t’April, f’ġimgħa li prattikament ħarġu xi 7 albums Maltin. A Lily huwa proġett uniku ta’ James Vella maħdum fuq diversi recordings b’għana u ħsejjes oħra minn emgranti Maltin fl-Awstralja, l-Kanada u r-Renju Unit, fost postijiet oħra. Għal-lum għażilt dawn:
- Sirna l-Qamar
- Nitolbu Għal Dawk li Lejlu
- Erba’ Aħwa
- Ħajti Kollha Qalbi
> Isma’ jew niżżel l-album Saru l-Qamar ta’ A Lily fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…