Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-137 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Philip Vella – Omm
- Amber – Għanja lil Ġużi
- Edward Mifsud – Serquli
- Lokko – 3 Regoli
- Chess Galea – Heal Me
- Empire of Ants – Midnight Sun
- Chasing Pandora – Teatime
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Alex Alden live. Ftit tal-ġimgħat ilu tfaċċa album ġdid ta’ din il-kantawtriċi Maltija li ilha tgħix barra minn Malta għal dawn l-aħħar, bejn wieħed u ieħor, 10 snin. L-album Wild Things (a live album) ħareġ eżattament fil-11 t’April 2024. Huwa rrekordjat kollu kemm hu f’Rotterdam, l-Olanda. Fih hemm diversi siltiet li nafu diġa mir-repertorju t’Alden, kif ukoll xi kanzunetti ġodda, jew tal-anqas relattivament ġodda. Minnu jiena għażilt dawn:
- Wild Honey & Thyme
- Fool
- Not For Me To Say
> Isma jew niżżel l-album Wild Things (a live album) ta’ Alexandra Alden fuq Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Hell Bound ta’ Andre Camilleri. Dan mhux l-aktar materjal riċenti ta’ dan il-kantawtur Malti-Awstraljan. Fil-progrmam li jmiss indoqqilkom xi ħaġa aktar riċenti minn dan l-album li ħareġ fuq Bandcamp fit-23 ta’ Marzu li għadda. Diġà kellna s-silta Road to Hell minnu, f’edizzjoni preċidenti ta’ din is-sensiela. Għal-lum għażilt dawn:
- Hell Bound
- Sold My Soul (To The Devil)
- Devil Child
> Isma’ jew niżżel l-album Hell Bound ta’ Andre Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…