Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-134 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fil-ħdax-il staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Cathy K – Inti Djamant
- Sound Synthesis – Music Love Eternity (minn Cosmic Dance)
- Gaia – Cupid
- Hannah Theuma – Birdsong
- Tarzna – Gambetta (minn Fallakka)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Claire Tonna live. Minn żmien għal żmien, f’din il-parti tal-programm nagħżel li nwassal siltiet minn xi dehra live li tkun saret x’imkien partikolari. U hekk hu llum bil-mużika u l-vuċi ta’ Claire Tonna, f’recording li sar fis-Sala tal-Kavallieri f’Palazzo De La Salle fil-Belt fit-28 ta’ Frar li għadda. Dan kien waqt l-egħluq tal-wirja Through the Eye of a Needle ta’ Stefan Spiteri. Jakkumpanjha fuq il-pjanu hemm Tom Armitage. Apparti l-mużika u l-vuċi ta’ Claire Tonna, dik il-kamra hija spazju speċjali ħafna li fl-aħħar xhur kelli x-xorti nikteb dwarha fit-tul, l-ewwel fi ktieb biex jiċċelebra l-preżenza tas-Soċjetà tal-Arti f’Palazzo De La Salle, u aktar riċenti fil-magazine Treasures of Malta, maħruġ kull 3 xhur mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti. Mill-kanzunetti li kantant Claire Tonna f’din is-serata xitwija, għażilt dawn:
- Unpoisoning
- The Woman I Love
- I Can’t Give You My Love
> Ara u isma lil Claire Tonna tkanta aktar minn dan il-kunċert intimu fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Gatt Groove ta’ Sfera. Dan huwa l-ewwel album ta’ dan it-trio tal-mużika jazz magħmul minn Oliver Degabriele fuq il-kuntrabaxx, Ġużè Camilleri l-Bibi fuq id-drums, u Paul Giordimaina fuq il-pjanu. L-album ħareġ fil-bidu t’April tal-2024 waqt żewġ serati li saru fi Spazju Kreattiv. Flimkien ma’ Sfera fuq dan l-album iddedikat li Charles Gatt is-City – għalhekk Gatt Groove – jidhru ukoll is-sassofonista Carlo Muscat, it-trombonista Żvediż Bertil Strandberg, kif ukoll il-kantanta Nadine Axisa. Minnu għażilt dawn is-siltiet:
- Sphere
- Dark Before Midnight
- Orion
- So Long Charles
> Isma’ l-album Gatt Groove ta’ Sfera fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…