Skip to content

Mużika 21 – numru 133

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-133 edizzjoni li huwa t-tielet programm fil-ħdax-il staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Chess Galea Girls Just Wanna (acoustic version)
  • Charles Busuttil + Fabrizio FedeleTime In A Bottle
  • Andre CamilleriRoad to Hell (mill-album Hell Bound)
  • Maria Zahra BrincatKull Par Għal Paru
  • Sfera Hangin’ Around

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Min hu ElPaletti?  ElPaletti jidher li huwa l-isem attwali li qed jinħeba warajh Charlie Muscat il-Paletti. Dan il-kittarist Żejtuni huwa prolifiku ferm u ilu attiv fix-xena tal-mużika rock lokali tal-anqas mis-snin 80. Ħareġ għad ġmielu ta’ recordings tiegħu fuq Bandcamp, u jidher li ġabar ħames siltiet f’EP li jismu Forty Five in Process. Ħareġ eżattament fit-13 ta’ Frar 2024 u filfatt diġa kont daqqejt l-aħħar silta li tidher fuqu, li jisimha Haw.  Illum se nisimgħu l-4 siltiet l-oħra:

  • Żewġ Spirti
  • Let’s Start
  • Żej Town
  • Min Hu Barra Barra

Isma jew niżżel Forty Five in Process ta’ ElPaletti fuq Bandcamp.

One11 - Meta Jaqa l-Ħoss album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11. Dan huwa album tassew impressjonanti mingħand One11, li huwa l-isem li jirrekordja bih ir-rapper C.J. Cordina. L-album ħareġ fl-4 t’April 2024 u fih 22 silta. Is-siltiet huma varjati ferm u għandu diversi kollaboraturi. Fl-istess waqt, ikolli ngħid li donnu hemm tema partikolari li tiżviluppa fl-album matul il-biċċa l-kbira tas-siltiet. Qisu tema ta’ ridenzjoni u tama ta’ ħajja ġdida. B’dan l-album qed inħoss li l-hiphop bil-Malti donnu daħal f’fażi ġdida ukoll, imma rrid nara sew x’jagħmel One11 wara dan l-album eċċellenti biex inkun ċert. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

  • Meta Jaqa’ l-Ħoss / Ħsibijiet fil-Fond
  • Muftieħ
  • Fejna l-Passjoni (ft. Zion not Zeeyon)
  • Nitla Livell
  • Naħseb Fik
  • Qanpiena (ft. Lokko)
  • Tgħaġġilx

> Isma’ l-album Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11 fuq Spotify.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...