Skip to content

Mużika 21 – numru 135

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-135 edizzjoni li huwa l-ħames programm fil-ħdax-il staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Chris Birdd Too Sexy
  • Chris LanzonAngel Litany (with Harmony)
  • Matt Blxck Reviv3
  • Kiita CUgly Duckling
  • DJ Gorg BorgRegional Road
  • Melchior Sultana  – Aware (minn Underground)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2:  Digital reissue minn Kewn Records.  F’dan l-aħħar xahar ħarġu nurmu relattivament kbir ta’ albums. Nasal biex ngħidx li matul l-aħħar 4 ġimgħat ħarġu aktar albums milli kont qed nistenna. Fosthom hemm uħud li ħarġu biss fuq vinyl, bħal per eżempju Causatum ta’ Jes Psaila u l-Hinge Project. Erba’ minnhom diġa nkludejthom fit-tielet parti ta’ programmi preċedenti f’din is-sensiela, speċifikatament Weġgħet Żgħar ta’ TroffaĦamra, Soft and Clear ta’ Das Birthday Girl, Meta Jaqa’ l-Ħoss ta’ One11, u Gatt Groove ta’ Sfera. Oħrajn għad fadilhom naqra oħra biex jidhru fit-tielet parti tal-programm. Tal-Brodu llum. Saru l-Qamar ta’ A Lily, u Hell Bound ta’ Andre Camilleri fost dawk li għadhom ġejjin.  Allura ħassejt li l-ħruġ mill-ġdid tal-album Cut, Paste, Rave N’ Roll tal-grupp Dolls for Idols fuq il-pjattaformi diġitali minn Kewn Records kellu jidħol fit-tieni flok fit-tielet parti ta’ wieħed minn dawn il-programmi. Oriġinarjament ħareg bħala CD fl-2011, sentejn wara li kienu tfaċċaw fuq ix-xena lokali bil-membri Clint Spiteri, Erick Saliba, u Aaron Sammut. Wara nuqqas ta’ mill-anqas 8-9 snin (xi ħadd qalli 10) issa qed jirritornaw fix-xena lokali live ukoll waqt Rock the South ta’ din is-sena.  Mill-album għażilt dawn:

  • Yeah You
  • Tik Tok
  • Run
  • Rave ‘n Roll

Niżżel jew isma Cut, Paste, Rave N’ Roll ta’ Dolls for Idols fuq Bandcamp

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Kusksu Clan ta’ Brodu. Dan l-album il-ġdid u tant mistenni ta’ dan il-grupp mill-aktar popolari fix-xena tal-mużika alternattiva f’Malta. Għal xi raġuni li għadni ma fhimt, mhux magħrufa aktar, jew kemm tassew jixirqilhom.  U dan qed ngħidu minħabba li għad hemm ftit drabi meta tisma’ diski tagħhom regolarment fuq ir-radju. Forsi din tasal li tinbidel ukoll bis-saħħa ta’ dan l-album. Ma nafx. Mal-membri regolari ta’ dan il-grupp hemm diversi mistiedna speċjali f’dan l-album, fosthom l-iŻdong tas-Sempliċiment tat-Triq, Antonio Tufigno tax-Shostakovich’s Nightmare, u Peklektru aka Patrick Galea. L-album fih ukoll is-silta Kung Fu Karate (bil-kliem ta’ Fredu Abela l-Bamboċċu) li daqqejt diġà f’din is-sensiela ta’ programmi u għandi nifhem li jkollna mqarr okkazzjoni oħra nisimgħuha. Għal-lum għażilt dawn:

  • Kusksu Clan (feat. Peklektru)
  • Veloċità tal-Qalb
  • Ħlewwa Vjolenza (feat. Antonio Tufigno)
  • Ħafna Karozzi

> Isma’ jew niżżel l-album Kusksu Clan ta’ Brodu fuq Bandcamp.

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...