Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-128 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fl-għaxar staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Klinsmann – Survivor
- Tara Formosa – Let You In
- Coda – Qalu Li Raw
- Ema Vella – Emmint Fik
- Meadow Strings – Waħdi
- TroffaĦamra – Mifruda bil-Ħin
- Tact – Catharsis
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Homage to Sammy Murgo. Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu 2024, fil-Każin ta’ Vilhena taħt il-loġġoġ tal-Furjana iltaqgħu numru ta’ mużiċisti biex jagħtu ġih lis-sassofonista Sammy Murgo, li miet ftit tal-ġimgħat qabel, eżattament fis-6 ta’ Frar. Il-mużiċisti miġbura taħt l-isem ta’ Il-Gażin Jazz Quartet huma dawk li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienu jkun qed idoqqu ma’ Sammy Murgo fl-istess post. Heathcliff Balzan fuq il-pjanu, Mario Aquilina l-Cocker fuq il-bass, u d-drummer Noel Grech. Magħhom din id-darba daqq is-sassofonista Walter Vella. Deher ukoll il-vjolinista popolari George Curmi l-Pusè. Huma daqqew diversi siltiet u hawnhekk se nisimgħu tnejn minnhom, żewġ standards tal-jazz modern:
- Now’s the Time ta’ Charlie Parker
- Cataloupe Island ta’ Herbie Hancock
> Ara u isma dan kollu fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Top Dog ta’ Andre Camilleri. Dan huwa l-ewwel album tal-2024 ta’ dan il-kantawtur prolifiku bbażat l-Awstralja. Huwa stilistikament differenti ħafna mill-aktar xogħolijiet riċenti tiegħu. Bil-kemm ma nasalx ngħid li bil-kemm jingħaraf li huwa l-istess Andre Camilleri li drajna sew matul dawn l-aħħar snin. Mill-għażla tal-kanzunetti tintebbħu sew x’qed ngħid, jekk intom diġà familjari mal-materjal ta’ Camilleri. Naturalment xorta hemm elementi li bihom jingħaraf imma kollox ma’ kollox dan l-album huwa żvolta ġdida għalih. Minnu għażilt dawn is-siltiet:
- Top Dog
- You Funk Me Up
- The End of Time
- Poverty Line
> Isma’ jew niżżel l-album Top Dog ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.