Skip to content

Mużika 21 – numru 127

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-127 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Christine Dalli Ombra Mai Fu
  • Gaia CauchiSincerely, You
  • Liston Ġirja
  • Vince BongailasĦajti
  • Maria Zahra BrincatKieku Nista’
  • Antares FlareAnother Problem Ahead

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Tikketti tad-diski Maltin t’issa. Meta nitkellmu dwar it-tikketti tad-diski, ħafna drabi nkunu qed nirreferu għal dawk li jeżistu barra minn Malta, u jekk le, u ma nkunux speċifiċi, it-terminu tikketta tad-diski aktarx tqanqal ħsieb dwar is-suq internazzjonali tal-mużika aktar milli dak lokali. Fis-seklu ta’ qabel dan, kien hemm diversi tikketti tad-diski Maltin, fosthom Anthony d’Amato, Centre, Circle, Electro, Exotique, u Maltadisk, fost ħafna oħrajn. Illum xtaqt niffoka ftit fuq 4 tikketti tad-diski lokali, relattivament ġodda, biex flimkien nintebħu (jew niftakru) kemm hawn tikketti tad-diski Maltin prolifiċi, anke fi żmienna:

> Ara u isma aktar minn kull tikketta fil-ħoloq rispettivi t’hawn fuq.

Checkmate.- Royal Blood cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Royal Blood ta’ Checkmate. Dan l-album ilu li ħareġ diversi xhur, biex inkunu preċiżi fit-2 ta’ Settembru 2023, iżda sirt naf bih ftit tal-granet ilu meta ġibduli l-attenzjoni li l-grupp qed joħroġ silta minnu bħala single. Naturalment stajt inkludejt biss din is-silta –You and I – però għax f’dan il-programm għandna spazju ndoqqu diversi siltiet mill-istess album, illum hekk qed nagħmel. Checkmate MT ilhom flimkien fis-sajf tal-2020, jiġifieri minn żmien il-pandemija. Il-grupp huwa kompost minn mużiċisti minn stili differenti ta’ mużika rock, anke minn żminiijiet differenti: il-kantant Kevin Michaels  Jean Carl Grech fuq il-bass, Adam Bonello u Georgius Mifsud bil-kitarri, u d-drummer Steve Worley. Royal Blood huwa l-ewwel album tagħhom.

  • Checkmate
  • You and I
  • Lost in the Darkness

> Isma’ jew niżżel l-album Royal Blood kollu ta’ Checkmate MT fuq Bandcamp

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...