Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-129 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fl-għaxar staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Moths of Renaissance (Celine Agius u Anthea Bugeja) – Int u Jien
- Janice Mangion – Ġawhra f’Qalbi
- Christian Arding – Il-Baħħ u Jien
- Michelle Micallef – Nostalġija
- Berne – Language
- TroffaĦamra – Noa (mill-album Weġgħat Żgħar) – ħiereġ 31/3/24
- A Lily – Kemm Nixtieq li Qed (mill-album Saru l-Qamar) – ħiereġ 5/4/24
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hi Tash Sultana? Ili diversi xhur, biex ma ngħidx snin, biex ninkudi lil Tash Sultana f’din is-sensiela ta’ programmi. Ma nafx għaliex domt daqshekk. Kien sieħbi Ray Bajada li ġibidli l-attenzjoni lejn din l-artista Maltija-Awstraljana l-ewwel darba xi sitt snin ilu. Iż-żmien tar minn dak in-nhar ‘l hawn u fl-aħħar wasal il-waqt li jkun hemm post xieraq għal Tash Sultana fil-playlists tagħna. Jekk trid taf aktar dwar Tash Sultana tista’ tara dan l-artiklu fuq il-Wikipedija. Għal-lum għażilt li ndoqq dawn iż-żewġ siltiet irrekordjati live:
- Jungle (extended version) – Live at the Current
- Big Smoke – Live at Lonely Lands Studio
> Ara u isma lil Tash Sultana fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Out of the Darkness ta’ Owen Leuellen. Dan l-album ġdid ta’ dan ir-rapper Malti li jagħżel li jirrappja bl-Ingliż ħareġ fit-28 ta’ Frar 2024. Fih xi siltiet li ndaqqew diversi drabi fuq ir-radju, inkluż waqt din is-sensiela ta’ programmi, bħal per eżempju d-dwetti tiegħu ma’ Destiny (Juice) u Gaia (Flavor). L-album fih 13 il-kanzunetta b’kollok u llum qed inwasslilkom dawn it-3 siltiet minnu:
- Influential
- Better Than Before
- Die Rich
> Isma’ l-album Out of the Darkness kollu ta’ Owen Leuellen fuq Spotify
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.