Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-126 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fl-għaxar staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kyle George – Arrows
- Gaia Cauchi – Sincerely, You
- Dizzy Goku – Dancin’ Juice
- Owen Jay & Melchior Sultana – Going Deep
- Checkmate – You and I
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hi Alien Montesin? Din il-mistoqsija mhux ċajta. Naf li l-isem huwa logħba tal-kliem fuq isem ta’ xandara u attriċi popolari ferm f’Malta. Però ftit li xejn naf aktar dwar Alien Montesin. Rajt l-isem diversi drabi fl-aħħar qisu sena f’postijiet underground u oħrajn mhux daqstant mistura. L-aktar riċenti kien f’attività mużikali bl-isem ta’ Sustain-Delay f’Palazzo De Lasalle ikkurata minn Kurt Buttigieg. Ma nafx min hi Alien Montesin imma dawn huma xi siltiet li pproduċiet hi fl-aħħar sena, li fil-parti l-kbira tagħhom huma remixes ta’ siltiet magħrufa u oħrajn li forsi mhux daqstant magħrufa:
- Elu-elu
- Eye Roux
- Nuki-Boom
- Powerlines – Tame Impala
- Satellita
> Ara l-video ta’ dawn is-siltiet ta’ Alien Montesin fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Niġi Għandek ta’ Karm Debattista mssp. Ilu jaħdem fuqu xi sentejn, jekk mhux aktar, dan l-album Fr Karm. Issa varah permezz ta’ kunċert li sar fl-Awditorju ta’ Sant Agata fir-Rabat. Dan huwa palk li Fr Karm huwa familiari sew miegħu għax kien anke wieħed mill-ewwel nies li kantaw u daqqew fuqu meta fetaħ għall-ewwel darba ftit aktar minn 40 sena ilu. Kieku din kienet logħba futbol konna ngħidu li qed jilgħab home. L-album tfaċċa ukoll fuq Spotify nhar is-17 ta’ Frar 2024, u għalkemm fih diversi kanzunetti li ħareġ Fr Karm f’dawn l-aħħar sentejn huma mimli ukoll b’kanzunetti ġodda. B’kollox fih 12-il kanzunetta u minnhom għażilt dawn għall-programm tal-lum:
- Niġi Għandek
- Int Tafni
- Barka
- Fik Nittama
- Logħba ta’ Kaxxi
> Isma’ l-album Niġi Għandek ta’ Karm Debattista mssp fuq Spotify
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.