Skip to content

Mużika 21 – numru 125

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-125 edizzjoni li huwa t-tmien programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Red Electric Time Flies
  • Moira StafraceShine
  • Amber Għanja lil Ġużi
  • The JoyGiversInti Biss
  • Aidan – Juliette
  • Lulu’Warmth
  • Beck x Zack Walters – Heatwave

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: L-EP Another Problem Ahead ta’ Antares Flare. Il-ġimgħa li għaddiet daqqejt silta minn dan l-EP ta’ dan il-grupp internazzjonali u għedtilkom li kull okkazzjoni li jkolli nieħu gost ninkludi xi ħaġa mingħandhom, mhux biss għax il-mużika hija għall-gosti tiegħi imma ukoll minħabba li l-bassista tagħhom huwa Dean Montanaro. L-EP fih tliet siltiet li ħarġu waħda wara l-oħra kull nhar ta’ Ġimgħa ta’ dan ix-xahar ta’ Frar tal-2024. Id-data tal-ħrug tal-EP hija allura nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024.

  • We Used to Sing
  • Enraged Spitting Machines
  • Another Problem Ahead

> Isma’ jew niżżel l-EP Another Problem Ahead ta’ Antares Flare fuq Bandcamp

Stalko - Grandiloquence unofficial covr art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Grandiloquence ta’ Stalko. Wara li l-ġimgħa li għaddiet daqqejtilkom siltiet mill-ewwel album ta’ Red Electrick, Vine Lady, xi ħadd issuġġerieli li nagħżel album ieħor minn xi snin ilu ta’ xi grupp li m’għandux attiv fix-xena mużikali. Kien għalhekk li għazilt l-ewwel album tat-trio Stalko li madwar 10 snin ilu kieku dominanti ferm fix-xena tal-mużika alternattiva f’Malta. Mike Stivala, Tim Ellis u Chris Cini kienu l-membri prinċipali ta’ dan it-trio. Magħhom kien jdoqqu mużiċisti oħra, speċalament fid-dehriet tagħhom live. Gradiloquence ħareġ f’Novembru tal-2012 b’kunċert grandjuż fl-Orpheum tal-Gżira li niftakar kont attendejt ma’ sieħbi Michael Bugeja. Wara dan l-album ħarġu ieħor jismu A Long Wave Goodbye f’April tal-2016 u, tal-anqas jien, ma smajt xejn aktar bihom wara dan. Illum għażlt dawn is-siltiet mill-ewwel album tagħhom:

  • In A Hurry
  • Oliver Twist
  • Simone
  • Il-Mara ta’ Fuq il-Bejt

> Isma’ ż-żewġ album ta’ Stalko fuq Spotify

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...