IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll
L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.
Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-121 edizzjoni li huwa t-raba’ programm fl-għaxar staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- From Sheep to Wolves – Rejection
- A Lily – Ħajti Kollha, Qalbi
- The Busker – Miracle (remix by Shmoon)
- Miguel Bonello – Better Off Alone
- Chasing Pandora – Feel the Rain (2008)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa EPs Maltin tal-2023. Is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023 miftuħa sa l-aħħar ta’ Jannar. Allura tajjeb li llum nkomplu nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud min-nominazzjonijiet billi nisimgħu mill-EPs Maltin maħruġa matul is-sena li għaddiet:
- Hearts Beating in Time – Sun Doesn’t Shine (if I don’t see you)
- Red Electric – In Our Blood
- Kill the Action – Zero Infinity
- The Areola Treat – Into My Shadow
- Tony Paris – Guided Meditation (Melchoir Sultana Remix)
- Simon Pulo – Back in 1995
- Julie Pomorski – Dinja Oħra
- Cushion feat Julie Pomorski + Analise Cassar – Reborn
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Blata ta’ Is-Suffarin. Dan l-album kellu joħroġ is-sena l-oħra, u attwalment spiċċa bħala l-ewwel album tal-2024: ħareġ fil-11 ta’ Jannar. Kellna s-silta Nofs Mewta minnu anke fil-programm tal-ġimgħa l-oħra imma llum se nisimgħu diversi siltiet mis-sitta li fih. Is-Suffarin huwa Adolf Formosa, li fi snin oħra ta’ dan is-seklu nafuh ukoll f’diversi proġetti mużikali, bħala Hunters Palace u Treeears, fost oħrajn. Dan l-isem il-ġdid jolqotni għat-tifsira kważi doppja tal-isem suffarin, li huwa xi ħadd li jsaffar, apparti dik l-istikka ċejkna li minnha nqabbdu n-nar.
- Għall-Frisk
- Waslet is-Siegħa
- Qtigħ il-Qalb
- Oħt Rokku
> Isma’ u niżżel l-album Blata ta’ Is-Suffarin fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.