Skip to content

Mużika 21 – numru 120

  IVVOTA: MMI 2023 Listeners’ Picks Poll

L-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ Jannar 2024.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-120-il edizzjoni li huwa t-tielet programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Cher Camilleri Semgħat id-Daqq (HBIT remix)
  • Edwin BalzanFirst Jam of the Year
  • Is-SuffarinNofs Mewta
  • elPalettiHaw

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa artisti Maltin ibbażati barra fl-2023.  Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mis-siltiet maħruġa minn Maltin ibbażati barra matul is-sena li għaddiet:

  • Chess GaleaUn-Shy
  • Ben Benassi & Emma MuscatM.I.A.
  • Andre CamilleriMy Old Friend the Blues
  • Ara Lil YoonTaste
  • Golden PsalmsPlayer’s Special
  • Peter SantWith German
  • FantasairMarie Marie
  • Melbourne Ska OrkestraSomething Strong
  • Antares FlareBonsai Jungle (SofaTalk Remix)
  • ĠennRohmeresse

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Charlie Newton (Tom Caruana prod) - Moving On Down cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Moving On Down ta’ Charlie Newton – produzzjoni ta’ Tom Caruana. Dan l-album ħareġ ftit ilu, eżattament fil-14 ta’ Marzu 2023. Ma kontx inkludejtu qabel illum, jew għax ħarabl inkella jew għax ma ntbaħtx li hemm il-konnessjoni ta’ Tom Caruana. Charlie Newton kantanta Ingliż bbażata Manchester, filwaqt li Tom Caruana għandu parentela Maltija, avolja hu wkoll ibbażat fl-Inglterra.  Kellna mużika ta’ Tom Caruana drabi oħra waqt dawn il-programmi imma llum se nistgħu dawn is-siltiet minn dan l-album:

  • Take A Look Around
  • Lights Out
  • All For Us
  • Moving On Down
  • 7am
  • So Many Excuses

> Isma’ u niżżel l-album Moving On Down ta’ Charlie Newtown – produzzjoni ta’ Tom Caruana fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Leave a comment...