Mużika 21 – numru 122

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-122 edizzjoni li huwa l-ħames programm fl-għaxar staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Jay Zinga feat. Bee – Hey Lover
  • Adria Twins – L-Isbaħ Stilla
  • Michela Galea – Let’s Talk About Love
  • Currant Daze – 21 Guns (Green Day cover)
  • Daniel Sant – Ballad for Lost Youth (live: 22nd August 2022, Palazzo De La Salle)

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.

 

PARTI 2: Ħarsa lura lejn uħud mill-aqwa diski tal-2023.  Is-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2023 issa magħluqa.  Kienet miftuħa sa l-aħħar ta’ Jannar. Fil-programm li jmiss inwasslilkom ir-riżultati tal-għażliet tagħkom. Illum għażilt li ndoqq 10 mill-aktar diski u recordings oħra bil-Malti li spikkaw għalija matul l-ewwel 10 xhur tas-sena li għaddiet:

  • Aidan Cohen – Mera
  • Sean Borg – Stajt Tkun
  • Kantera – Mur Ara
  • Ħajbu X Sempliċiment tat-Triq – Aħjar Dak iż-Żmien
  • Peklektru – Ejja Sibni
  • Brikkuni & Cher Camilleri – Porporina
  • ToNation – Rajt u Smajt
  • SterjoTipi – Fjura
  • Miguel Samwel + Jamie Cardona – Baila
  • Matthew James – Mhux Xorta

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

Songs from Ulan Bator album cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Songs From Ulan Bator ta’ Ulan Bator. Dan tfaċċa fuq Bandcamp riċentament iżda l-album oriġinarjament ħareg fis-17 ta’ Novembru 2020. Ulan Bator huwa proġett ta’ Luke Ellul, Rafel Grima, Luke Cheree u Martha Theuma żviluppat fl-2018 u l-2019. Dawn il-kanzunetti ma kienux żviluppati kompletament u kien bis-saħħa ta’ Noah Fabri and Yasmin Kuymizakis li sabu ruħhom ppreżentati b’dan il-mod bħala Songs From Ulan Bator. Qed nwassalulkom illum bis-saħħa ta’ My Fair Lsdy Records li ħarġuh fuq Bandcamp għax kieku aktarx li kien jaħrabli kompletament. Minnu se nisimgħu dawn is-siltiet:

  • Moon
  • Laura’s Dilemma
  • All But Ben Dimaio

> Isma’ u niżżel l-album Songs from Ulan Bator fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

Comments

Leave a comment…