Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 113 li huwa d-disa’ programm fid-disa’ staġun.
PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar.
- ManaTapu – Rastaċċun
- Custò – Breathe
- Bernie and Pod – Ħobbni
- Daryl Jaymes – Il-Mikrofonu u Jien
- Andre Camilleri – Too Stoned to Get High (minn Stoner Rock)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Acknologica. Matul l-40 sena li ili nxandar, regolarment iltqajt ma’ esponenti mużikali li jitfaċċaw fix-xena, jagħmlu naqra ħoss, u eventwalment jisparixxu. Xi darba rrid nara nintroduċix din l-idea bħala wieħed mill-kunċetti li niltaqgħu magħhom regolarment f’din it-tieni parti tal-programmi f’din is-sensiela. Xi drabi ftit li xejn inkunu nafu dwar dawn l-esponenti, bħal per eżempju Acknologica li tlaqjt miegħu ftit tal-granet ilu. Il-proġett jidher li taffaċċa fuq il-YouTube madwar 3 snin ilu. Hemm insibu t-tliet siltiet li qed nisimgħu llum waqt il-programm. Fl-10 ta’ Novembru 2023 tfaċċa Ep bl-isem ta’ Astronomical Echoes mingħand Acknologica fuq Spotify u xi pjattaformi diġitali oħra. Apparti t-3 siliet li dehru qabel permezz ta’ YouTube, dan l-EP jew album qasir jinkludi ukoll żewġ siltiet oħra apparentament ġodda. Ma naf assolutament xejn aktar dwar Acknologica, anke wara li żort li paġna b’dan l-isem fuq Facebook:
- Battle of the Stars
- Frisbee Through the Galaxy
- Intergalactic Silence
> Isma’ l-EP Astronomical Echos ta’ Acknologica kollu fuq Spotify
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Golden Palms ta’ Golden Psalms. Meta fl-aħħar programm daqqejtilkom siltiet mill-album il-ġdid ta Peter Sant li jismu Mining the Hamam għedtilkom ukoll li għalkemm lil Peter Sant antikmanet nafuh jikkollabora mal-Hunters Palace u proġetti assoċjati magħhom, mill-2021 kellna wkoll il-kollaborazzjoni tiegħu mal-grupp Golden Psalms. Mingħand dan il-grupp Ingliż, apparti għal Sant, jew li tal-anqas huwa bbażat fl-Ingilterra, konna smajna album mingħandhom is-sena l-oħra. Peter Sant idoqq fuq il-kitarra u synths f’Golden Psalms, flimkien mal-bassist James Harris u Nick Drake fuq id-drums. Illum se nisimgħu xi siltiet minn dan l-album il-ġdid ta’ Golden Psalms li ħareġ fuq Bandcamp fit-12 ta’ November 2023. Uħud mis-siltiet fihom biss xi minuta jew anke anqas kultant. Jien għażilt uħud mill-itwal siltiet għal-lum:
- Fear of Symmetry
- Splash in the Shallows
- Players Special
- Vegan Canapés and Live Jazz
- Great Jewish Music
> Isma’ jew niżżel l-album Golden Palms ta’ Peter Sant kollu fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…