Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 112 li huwa s-tmien programm fid-disa’ staġun.
PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar.
- The Busker – Bulletproof
- Kill the Action – Mongol
- Ben Miller feat. Abire – End of Story
- Rheez. – URUS.
- TroffaĦamra y los Mechones – The Best Day of My Life
- Prisilla Psaila – F’Tarf l-Irdum
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: ĠENN Live at the Bookhouse. Min isegwi din is-sensiela regolarment jaf li x-xahar li għadda daqqejtilkom xi siltiet mill-album Unum tal-grupp Malti bbażat Brighton fir-Renju Unit ĠENN. Fil-verità ili ndoqqilkom siltiet minnu s-sena kollha għax ħarġu diversi singles, kif konna nsejħulhom qabel, biex jippromovuh ukoll matul ix-xhur ta’ qabel ma ħareġ. Issa, Leona Farrugia u l-l-kumplament tal-grupp ĠENN għadhom kemm irrekordjaw 3 siltiet minn dan l-album live f’studio li jismu The Bookhouse li jinstab fix-xlokk (SE) ta’ Londra. It-tlett siltiet irrekordjati f’din il-live session huma dawn:
- A Reprise (That Girl)
- Days and Nights
- The Merchant Of
> Isma’ u ara li ĠENN idoqqu live fil-Bookhouse fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Mining the Hamam ta’ Peter Sant. Fil-programm tal-ġimgħa li għaddiet daqqejtilkom is-silta As the Fall Of li tiftaħ dan l-album li ħareġ fil-31 ta’ Ottubru 2023. Lil Peter Sant antikmanet nafuh jikkollabora mal-Hunters Palace u proġetti assoċjati magħhom pero eventwalment anke bħala artist solista, biex ngħidulu hekk. Mill-2021 però kellna wkoll il-kollaborazzjoni tiegħu mal-grupp Golden Psalms, li konna smajna album ġdid mingħandhom is-sena l-oħra. Kumbinazzjoni għadhom kemm ħarġu album ġdid huma ukoll, u dan indoqqilkom xi siltiet minnu fil-programm li jmiss. Illum se nisimgħu xi siltiet oħra minn dan l-album il-ġdid ta’ Peter Sant, li l-ismijiet tagħhom donnhom jiffurmaw sentenza naqra surreali jew tal-anqas kemxejn assurda:
- Mustard Coloured
- Beanies Keep Time
- With German
- Kebabs Along A
- Road That Takes
- You There
> Isma’ jew niżżel l-album Dub Power ta’ Manwel T kollu fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…