Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 114 li huwa l-għaxar programm fid-disa’ staġun.
PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar.
- Skald – Il-President
- Michael Azzopardi – Milied Mingħajr Tiżjin
- Brian Farrugia – Warda Ħamra Minn Ġol-Ġnien
- Weeping Silence – The Collector
- Dario Genovese – Washington Square Park (live at Cornerhouse Studios)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Ħsejjes minn Backstage TV. Meta kont bdejt nagħmel il-poddati ta’ Mużika Mod Ieħor fuq ToniSant.com xi 18-il sena ilu, waħda mir-raġunijiet li kont ħassejt il-bżonn tagħhom kienet li ftit li xejn kienu jinstemu u jidhru esponenti mużikali Maltin fuq il-mezzi tax-xandir lokali, ħlief dawk assoċjati mal-Eurovision u l-festivals simili tiegħu. Illum is-sitwazzjoni jidher li qed tinbidel sew. B’eżempju ta’ dan regolarment insemmi l-kanal tal-Melita Cable li joffri 24 siegħa nonstop ta’ videos mużikali minn Malta. Riċentament intbaħt ukoll li xi żewġ stazzjonijiet tar-radju lokali qed jinkludu aktar materjal Malti b’mod regolari fil-playlists tagħhom. Xi ħaġa oħra li laqtitni partikolarment hija sensiela ta’ kuljum (tal-anqas jekk fhimt sew) li qed tixxandar fuq TVM fejn Gordon Bonello jintroduċi verżjonijiet live ta’ kanzunetti relattivament riċenti minn esponenti Maltin. Dawn jinterpretawhom huma stess live fl-istudio. Illum għażlt li ndoqq xi ħaġa minnhom dawn:
- Dylan Debono – You Got Me So High
- Krista Šujak – Stronger
- Kym Pepe – Armier
- Kersten Graham – Close to Home
> Ara u isma’ diversi siltiet minn Backstage TV fuq YouTube
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Stoner Rock ta’ Andre Camilleri. Dan huwa id-disa’ album ta’ Andre Camilleri din is-sena. Iva, ħareġ tmien albums oħra fl-aħħar 11-il xahar ta’ din is-sena dawn il-kantawtur Malti-Awstraljan. U diġà ħabbar ukoll li se joħroġ ieħor qabel l-aħħar tas-sena. Stoner Rock huwa xi ftit differenti mill-biċċa l-kbira tal-materjal li ħareġ mhux biss din is-sena imma anke fi snin riċenti. Min imdorri jisma’ lil Andre Camilleri jintebah mill-ewwel xi rrid ngħid meta jisma’ mqar silta waħda minn dawk li nsibu f’dan l-album. Għal-lum għażilt li ndoqq dawn minnu:
- Ain’t Going Back Again
- Never Will
- Too Stoned to Get High
- Don’t Let it Drive You Mad
- Until You Can’t Go No More
> Isma’ jew niżżel l-album Stoner Rock ta’ Andre Camilleri kollu fuq Bandcamp
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.
Leave a comment…