Skip to content

Mużika 21 – numru 111

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bl-edizzjoni numru 111 li huwa s-seba’ programm fid-disa’ staġun.

PARTI 1: Diski li ħarġu dan l-aħħar. 

  • Chris Lanzon – 72 Days (live & acoustic)
  • Kapitlu Tlettax feat. ChristinaNibqa’ Nammirak
  • AidanHead & Mind
  • Pete MolinariRolling the Dice
  • Peter SantAs the Fall Of (minn Mining the Hamam)
  • Bangout feat. Paul Sky – Falling Star

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Antares Flare Remixes. Min isegwi din is-sensiela regolarment jaf kemm inħobb ninkludi l-mużika tal-grupp internazzjonali Antares Flare f’dawn il-programmi. Dan għax il-bassista Dean Montanaro huwa membru ta’ dan il-kumpless li tassew joffru ħoss frisk u differenti. U bħal li kieku l-mużika tagħhom ma kienetx cool biżżejjed diġà riċentament ħarġu wkoll diversi siltiet f’verżjoni remix. Illum se nisimgħu tlieta minnhom dawn ir-remixes ta’ Antares Flare:

  • What’s Gonna Kill Me First? (XL Regular Remix)
  • Mind Notice (Stellar Wave Remix)
  • Bonsai Jungle (SofaTalk Remix)

> Isma’ jew niżżel ir-remixes ta’ Antares Flare minn fuq Bandcamp

 

Manwel T - Dub Power cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Dub Power ta’ Manwel T. Dan huwa l-ewwel album dub ta’ Manwel Tabone mill-2011. Dub Power ħareġ fl-1 ta’ Novembru 2023. Apparti diversi siltiet relattivament ġodda maħduma bejn 2014 u l-2016, fih ukoll verżjonijiet dub ta’ tliet siltiet li nafu diġà mingħand Manwel T: “Boombastic Ska”, “The Amendment” and “Atlantis”. Se nisimgħu minnhom ukoll f’din it-tiżwieqa minn dan l-album ġdid tiegħu.

  • Dub Power
  • Serious Dub
  • Boombastic Dub
  • Atlantis
  • Murderation

> Isma’ jew niżżel l-album Dub Power ta’ Manwel T kollu fuq Bandcamp

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6:00pm u s-Sibt fis-2pm.

 

Leave a comment...