Skip to content

Mużika 21 – numru 102

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-102 edizzjoni li huwa l-ħdax-il programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Denise (Mercieca)Forget Me (Not)
  • Ivan Grech – (Let’s Get) High On Love
  • Lulu’Jolly
  • Mikiel Camilleri Haber Triq San Franġisk
  • Nejc Kamplet – Deux Mignons for piano solo by Manoel Pirotta

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Fuq Profound Sound I.  Illum se nagħmel xi ħaġa li s’issa ma jidhirli li qatt għamilt f’din is-sensiela. It-tema tal-ġurnata se tkun maqsuma fuq żewġ programmi. It-tema hija diski ġodda mingħand artisti ġodda maħruġa fuq Profound Sound. Din hija ditta tad-diski li magħha hemm assoċjat b’mod l-aktar dirett Melchior Sultana. L-artisti li se nisimgħu mingħandhom huma Tony Paris u Simon Pulo. Ma naf kważi xejn dwar it-tnejn li huma, ħlief li llum se nibdew bl-EP Meditation ta’ Tony Paris li appartii remx ta’ Melchior Sultana li daqqejt riċentament fih ukoll dawn is-siltiet:

  • Guided Meditation
  • This Is My House
  • Guided Meditation (Janelle Pulo Remix)

Isma’ jew niżżel l-EP Meditation ta’ Tony Paris fuq Bandcamp

Andre Camilleri - Aint Gonna Stray cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Ain’t Gonna Stray ta’ Andre Camilleri. Min isegwi din is-sensiela regolarment ċertament li jaf kemm hu prolifiku dan il-kantawtur Malti-Awstraljan b’konnessjoni Ġermaniża. Ain’t Gonna Stray huwa t-tieni album tiegħu din is-sena…u diġà ħareġ ieħor! Dwar l-ieħor nitkellmu darb’ oħra.  Illum se nisimgħu dawn is-siltiet minn dan l-album li ħareġ fl-24 ta’ Lulju 2023.

  • Ain’t Gonna Stray
  • Gonna Make It Through
  • Long Time Dead
  • Rock ‘n Roll Tragedy

> Isma’ jew niżżel l-album Triboulet ta’ Ara Lil Yoon fuq Bandcamp

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...