Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-103 edizzjoni li huwa t-tnax-il programm fit-tmien staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Lyndsay – Prolific
- Myles – Mazikeen
- Babylon Evilous – Jabesh
- Aidan – Strawberry
- Dapeneur – Neighbourhood
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Fuq Profound Sound II. Illum inkompli b’dik il-ħaġa li s’issa ma jidhirli li qatt għamilt f’din is-sensiela. It-tema tal-ġurnata hija maqsuma fuq żewġ programmi. It-tema hija diski ġodda mingħand artisti ġodda maħruġa fuq Profound Sound. Din hija ditta tad-diski li magħha hemm assoċjat b’mod l-aktar dirett Melchior Sultana. L-artisti li qed nisimgħu mingħandhom huma Tony Paris u Simon Pulo. Ma naf kważi xejn dwar it-tnejn li huma, ħlief li llum imiss l-EP Motion ta’ Simon Pulo li dawn is-siltiet:
- Anything
- Back in 1995
- No Domination
> Isma’ jew niżżel l-EP Motion ta’ Simon Pulo fuq Bandcamp
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Triq San Franġisk ta’ Mikiel Camilleri Haber. Wara li f’April li għadda tana L-Għami Dlam, Mikiel ikompli issa b’dan l-album imessmi għal triq f’Tas-Sliema. Ma nazzardax ngħid li qed isir prolifiku daqs Andre Camilleri, li kellna ll-ġimgħa li għaddiet, pero żewġ albums f’sena mhux xi ħaġa daqstant komuni, ngħiduha kif inhi. Minn dan l-album li ħareġ fl-1 ta’ Settembru 2023 se nisimgħu dawn is-siltiet:
- Triq San Franġisk
- Tonda
- Fuq Baħar Skur
- Int Kif Int
- Sempliċi Kelb
> Isma’ l-album Triq San Franġisk ta’ Mikiel fuq Spotify
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.