Mużika 21 – numru 101

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-101 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • MikaylaOne Day (For Real)
  • Joseph RefaloMove
  • Matt BlxckOneTwoThree
  • ONE11 x Zion Not Zeeyon Punches & Kicks
  • Dylan De Bono Better Now

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Dylan De Bono live.  Fil-25 ta’ Novembru tal-2022, Dylan De Bono ħareġ l-album tiegħu Loose Wire. Dan kont wassaltilkom diversi siltiet minnhom meta ħareġ. Aktar kmieni din is-sena, Dylan De Bono ħareġ video tas-show li kellu fil-Hoppy Hare tal-Mosta akkumpanjat minn grupp ta’ mużiċisti notevoli mix-xena lokali. Dawn kienu Nick Morales fuq il-kitarra, il-bassist Alan Portelli, Chris Mallia fuq id-drums u l-keyboards f’idejn Craig Saliba. Illum se nisimgħu siltiet minn dan il-kunċert ta’ Dylan De Bono live fil-Mosta minn ftit tax-xhur ilu.

Ara l-kunċert ta’ Dylan De Bono fil-Hoppy Hare tal-Mosta fuq YouTube

Ara Lil Yoon - Triboulet cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Triboulet ta’ Ara Lil Yoon. Dan huwa l-ewwel album propja tal-grupp ibbażat f’Berlin li 3 mill-ħames membri tiegħu huma Maltin: Julian Wood, Francesco Nicastro, u Luke Cheree. Wara li smajna diversi siltiet mill-EP tagħhom Taste, inkluż anke żewġ siltiet irrekordjati live f’Berlin, issa fl-aħħar għandna dawn is-siltiet minn dan l-album ta’ Ara Lil Yoon li ħareġ fl-20 ta’ Awwissu 2023.

  • Grotesque We Are
  • Please Try Something Different
  • I Don’t Remember You
  • Taste

> Isma’ jew niżżel l-album Triboulet ta’ Ara Lil Yoon fuq Bandcamp

 

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Comments

Leave a comment…