Skip to content

Mużika 21 – numru 096

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-96 edizzjoni li huwa l-ħames programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Wayne SpiteriReality Check
  • Christabelle ScerriKemm Hu Sabiħ
  • Sean BorgStajt Tkun
  • One11 X Zion Not ZeeyonFukumean Remix
  • Denzel Jo Armani feat. Ira Losco – Love of My Life
  • Chess GaleaUn-Shy
  • Kelsey Bellante Heartbeat
  • Lawrence GrayPieces

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Tislima lil Ray Mahoney (1949-2023). Indubjament li wieħed mill-aktar kittieba tal-kliem għall-kanzunetti bil-Malti magħrufa f’dawn l-aħħar 40 sena. Sa mill-hekk imsejħa rock opera Ġensna fl-1982, Mahoney ħalla impatt fuq il-kitba tal-kanzunetti bil-Malti. Kiteb bosta kanzunetti għall-konkorsi tal-kant, b’mod partikolari ma’ Paul Abela u Dominic Galea. Magħhom kiteb ukoll numru sabiħ ta’ musicals inkluż, Bastilja, Ulied in-Nanna Venut fl-Amerika, il-Gwerra ta’ Spiru Cefai, Żeza tal-Flagship, it-Tieġ ta’ Karmena Abdilla, Ali Baba, u Manwel, Manwel – Il-Bandiera tal-Maltin. Fost kanzunetti oħra memorabbli li kiteb, jissemmew dawk li tkantaw fil-Eurovision Song Contest minn Paul Giordimaina u Georgina (Could It Be – li spiċċat fis-sitt post fl-1991) kif ukoll Mary Spiteri (Little Child – fit-tielet post fl-1992). Apparti dan kollu, waħda mill-aktar kanzunetti popolari tiegħu jisimiha Kemm Hu Sabiħ, oriġinarjament miktuba għal Sammy Bartolo.

F’dan il-programm jistemgħu dawn is-siltiet irrekordjati fis-seklu 21, miktuba minn Ray Mahoney :

  • RenatoMitna Għall-Barrani minn kunċert ta’ Ġensna (2009)
  • Ira LoscoTema ’79 minn Ġensna (2014)
  • Nadine AxisaTibqa’ Int minn Moħġaġa ta’ Dominic Galea (2015)
  • Malta Philharmonic Orchestra + diversi kantantiKemm Hu Sabiħ (2020)

Daniel Sant - Catharsis cover art

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Catharsis ta’ Daniel Sant. Dan huwa album li ħareġ propju ftit tal-ġranet ilu, waqt kunċert f’Palazzo De La Salle nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Lulju 2023. Il-mużika li nsibu f’dan l-album inkitbet primarjament dwar il-pandemija tal-Covid meta Sant kien qed jgħix u jistudja f’Utrecht, fl-Olanda. Dawn il-kompożizzjonijiet għall-pjanu juru l-versatilità ta’ Daniel Sant, li kellna okkazzjonijiet oħra nisimgħu l-mużika tiegħu waqt din is-sensiela ta’ programmi. Mill-album Catharsis għażilt dawn is-siltiet:

  • Ballad for Lost Youth
  • Spanish
  • Pilotless

> Isma’ jew akkwista l-album Catharsis ta’ Daniel Sant fuq Bandcamp

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...