Skip to content

Mużika 21 – numru 095

Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-95 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fit-tmien staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Owen Leuellen ft. DestinyJuice
  • Jay Zinga X Hearts Beating In TimeI Get High (You Get Sober)
  • The Areola TreatJudgement Day
  • The BrideMaster of Contradiction
  • Myles X Sempliċiment tat-Triq – B’Ċejjeċ tal-Baħar
  • Kapitlu Tlettax Żerriegħa ta’ Mħabba
  • Manwel TJah Melody Dub

> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

 

PARTI 2: Il-Ħoss ta’ Faddi. Darren Borg huwa wieħed mill-vetarni fix-xena tal-mużika elettronika minn Malta. Ilu attiv sa mis-snin 90. Mhux xi mużiċist li magħruf fost dawk li mhux akkaniti fuq dan il-ġeneru mużikali partikolari iżda matul is-snin irnexxielu xorta jikseb ir-rispett ta’ bosta. Illum se nisimgħu silta minn recording bl-isem ta’ Anathema maħruġ minn Unmute. Il-ħsejjes ambient techno ta’ Faddi għandhom jinżlu għasel f’dawn il-ġranet tas-sajf mill-aktar sħun.

> Isma’ s-set sħiħ ta’ Anathema mingħand Faddi fuq YouTube

marc-cover-easy-dialogue

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Easy Dialogue ta’ Marc Galea. Dan huwa album li ħareġ fl-2011. Ilna ftit ma nisimgħu mużika li mhux riċenti ħafna u allura ħassejt li xieraq indoqq xi siltiet minn dan l-album, anke friski kif għadna ftit tal-granet biss wara l-Malta Jazz Festival ta’ din is-sena. F’dan l-album il-kitarrist Marc Galea għandu lil Paul Abela fuq il-pjanu, il-bassist Alan Portelli, u Joe Camilleri l-Bibi fuq id-drums. Minnu għażilt dawn is-siltiet:

  • Easy Dialogue
  • Freedom
  • L-Aħħar Bidwi f’Wied il-Għasel
  • Innu Malti

> Isma’ aktar mużika ta’ Marc Galea fuq Bandcamp

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.

Leave a comment...