Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-87 edizzjoni li huwa d-disa’ programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Kantera – Mis-Sema ‘l Isfel
- Myles – Strangers
- The Areola Treat – Deserter
- Explicit – Objection
- Claire Tonna – Princess Called Sea (from The Port – 2012)
- Andre Camilleri – If You Want It Bad Enough (from Road to Ruin)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Reborn ta’ Cushion: Iltqajt ma’ dan l-EP dan l-aħħar wara li kont ili biex indoqq xi ħaġa ta’ Cushion. Sibt li mhux biss ħareġ fl-10 ta’ Frar 2023, imma fih ukoll 3 siltiet differenti sew minn xulxin anke għax fihom insibu 3 kantanti, 4 propja, li jinterpretawhom b’mod partikolari ħafna. U llum se nsemmakom it-tlieta li huma:
- Rumi’s Tale – Nadine Axisa
- Rasta Far Out – Fiona Cauchi
- Reborn – Julie Pomorski + Analise Cassar
> Isma Reborn ta’ Cushion fuq Spotify
PARTI 3: L-album tal-lum huwa If It’s Pop(ular) It’s (Not) Cool ta’ Massacre House Party. Propjament dan huwa re-issue minn Kewn Records ta’ album, jew aħjar EP, li kien ħareġ biss fuq CD xi ftit tas-snin ilu. Massacre House Party huma, jew forsi kienu, Sylvan Borg kantant u kitarra, Aaron Sammut fuq it-tnabar, u Samwel Mallia fuq il-bass. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:
- Come On Come On
- The Thrill
- Wake Up
- The Highway
> Isma’ jew akkwista dan l-album If It’s Pop It’s Cool ta’ MHP fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.