Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-88 edizzjoni li huwa l-għaxar programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Julie Pomorski X Kapitlu Tlettax – Wiċċ b’Ieħor
- The Travellers – Jum Ġdid
- Cher Camilleri – Qalbi Tibkix (minn Semgħat id-Daqq)
- The Bride – Ħallikom! (Marton ‘Saħħar’ Saliba u Rita Pace)
- Ben Miller – Number 1
- Melchior Sultana – Keep Pushin (minn Bring The Soul Back)
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Dana McKeon mill-ġdid: It-tema tal-programm ftit aktar minn sena ilu kienet din il-kantawtriċi Maltija bbażata fir-Renju Unit għal bosta snin, anke jekk aktar riċenti jidher li qed tkun ħafna fi Franza. Illum mill-ġdid diversi siltiet mingħandha wara li qrajt fuq Loveinmalta.com li diversi kanzunetti tagħha ġew inkluża f’sensielet ta’ Netflix bħal – Too Hot To Handle, Insationable, Perfect Match, u Toy Boy:
- Let Me Be Your Light
- I Don’t Want to Lose You
- Tug of War (ma’ Joe Bermudez – inkluż remix ta’ Matt Caseli)
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Schematics ta’ Sound Synthesis. Dan l-album ħareġ fl-14 t’April 2023 fuq id-ditta tad-diski Ingliża Gated. Keith Farrugia huwa l-artist Malti li jirrekordja b’dan l-isem ta’ Sound Synthesis u huwa wieħed mill-aktar prolifiċi fix-xena tal-mużika elettronika minn Malta. Dan l-album ħareġ ukoll f’edizzjoni vinyl, f’album doppju propjament minħabba t-tul tiegħu – fih disa’ siltiet pjuttost twal. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:
- Ambient Talk
- All Night
- It Gets Better in the End
- 140BPMadness
> Isma’ jew akkwista dan l-album Schematics ta’ Sound Synthesis fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…