Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-86 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- ManaTapu – Shulama
- Dav.Jr – Birdcage
- Avenue Sky – Xorta Int
- Owen Leuellen – Pitstop
- Kill the Action – Zero Infinity
- Jessica Grech – Anaconda
- Amber + Aidan – Shine Your Light
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Tislima lil Paul Zammit Cutajar (1952-2023): nhar it-Tlieta 16 ta’ Mejju 2023 tħabbret il-mewt ta’ Paul Zammit Cutajar fl-eta ta’ 71 sena. Għalkemm huwa ma kienx għadu attiv fix-xena mużikali, xorta ħassejt li xieraq intuh tislima fil-programm tal-lum. Il-ħidma prinċipali tiegħu fix-xena mużikali kienet bejn is-snin 70 u l-bidu tas-seklu 21. Fost l-aktar żewġ bands li huwa assoċjat magħhom insibu lil Split kif ukoll il-Flying Alligators. Kumbinazzjoni kellna l-album Been There Done That mill-2000 fit-tietet parti ta’ żewġ edizzjonijiet ilu ta’ dan il-programm għax għadu kemm inħareġ fuq Spotify. Illum se nsemmakom ukoll tliet siltiet oħra assoċjati ma’ Paul Zammit Cutajar minn dan is-seklu :
- My Friends – Gianni Zammit (Malta Song 2000)
- Superpollen Colour – Tiara
- Deep Inside My Heart – Ira Losco (Malta Song 2001)
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Hymns ta’ Carlo Muscat. F’dan l-album dan is-sassofonist Malti huwa akkumpanjat mill-pjanista Tony Tixier u flimkien jinterpretaw tmien chanson popolari Franċiżi tas-seklu l-ieħor. Ħareġ eżattament fil-12 t’Mejju 2023 u daqqejt silta minnu f’edizzjoni oħra ta’ dan il-programm diġa. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:
- Hymne à l’amour
- Plus je t’embrasse
- Jardin d’hiver
> Isma’ jew akkwista dan l-album Hymns ta’ Carlo Muscat fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…