Is-sensiela Mużika 21 tkompli bid-79 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- Shaun Farrugia – Count on You
- Chris Lanzon – Dark Side
- Ugly Money – Watch Me Crawl
- ToNation – Rajt u Smajt
- Festen – Roy’s Odyssey
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Silta twila mingħand Krishna. M’hemmx wisq x’tgħid dwar is-silta twila maħruġa minn Krishna li fil-verità huwa proġett ta’ Timothy Garrett ma’ Alan Darmanin. Hemm ukoll album jismu Headless li ħareġ biss f’edizzjoni limitata ta’ ħmistax il-cassette, imma din nistgħu nsejħulha s-single minnu?
- Krishna – Despondent
> Sib aktar mingħand Krishna fuq Bandcamp ta’ Kewn Records.
PARTI 3: Biex niftħu s-seba’ staġun se nagħmlu xi ħaġa li donnu ma kellnix għalfejn nagħmlu fl-istaġun ta’ qabel dan: i.e. nisimgħu siltiet minn album li ħareġ fl-aħħar 23 sena flok fl-aħħar ġimgħat. Allura l-album ta’ din il-ġimgħa huwa Red Fugue ta’ Viper Soup Complex. Oriġinarjament ħareġ fit-22 ta’ Ottubru 2018. F’din il-band jispikkaw id-drummer Melchoir Busuttil u l-kantanta Annemarie Spiteri. Minnu għażilt dawn is-siltiet:
- Choking Swans
- Taxidermy Hotel
- Turquoise on Mars
> Isma’ l-album Red Fugue ta’ Viper Soup Complex fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…