Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-60 edizzjoni li huwa t-tminn programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
- One Pixel Moon – Għalik
- Brikkuni – Insa
- Funky Monkey – Ir-Realtà
- Digby – Ifhmuni
- One11 – Ira (Doja Remix)
- Anthea – Say Too Much
- Gaia Cauchi – 11:11
- Luke Chappell – Don’t Forget Me
> Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Il-klarinett klassiku ta’ Jessica Ellul. Ili ftit biex invarja l-istili mużikali waqt dan il-programm. Ikun hemm min jaf jgħidli li diġà hemm varjetà kbira ta’ stili mużikali waqt dawn il-programmi. Però rari inkludejt mużika orkestrali. U allura llum hekk se nagħmlu. Dan permezz ta’ xi siltiet mill-album Mewġa ta’ Jessica Ellul li ħareg madwar sentejn ilu. Ipprovajt insib l-album imma jidher li huwa disponibbli mkien ħlief fuq Spotify. Il-kompożizzjonijiet li fih jinkludu diversi minn kompożituri Maltin (eż: Charles Camilleri, Joseph Vella, Etienne Spiteri, u Ronnie Debattista), bħal m’huma dawn t-tnejn li qed ninkludi fil-programm:
- Adagio for Clarinet and String Orchestra ta’ Freddie Mizzi
- Mewġa ta’ Ray Sciberras
> Isma’ l-album Mewġa ta’ Jessica Ellul kollu fuq Spotify
PARTI 3: L-album tal-lum huwa l-EP High Frequencies ta’ Melchior Sultana. Tajjeb infakkarkom li Melchior Sultana huwa l-mużiċist Malti li jakkumpanja l-promos ta’ dan il-programm li jinsemgħu regolarment fuq Campus FM. Insomma, dan l-EP l-ġdid ħareġ fil-5 ta’ Novembru u fih biss żewġ siltiet, fl-istil li issa drajna sew mingħand Melchior Sultana fuq it-tikketta Profound Sound Music.
- Manifest Your Vision
- Time Machine
> Isma’ jew niżżel l-EP kollu High Frequencies ta’ Melchior Sultana fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.
Leave a comment…